|
+Artikolu 58 1. |
Artikolu 58 1.Wara l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju mingħajr dewmien bla bżonn bl-istess mod kif stabbilit fl-Artikolu 51(1) l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a)
referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u l-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;
(b)
l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta li fiha jiġi kkreditat il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju;
(c)
l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament, u meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammont ta’ tali imposti, jew l-imgħax pagabbli mill-benefiċjarju;
(d)
meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament qabel dak il-kambju tal-valuta;
(e)
id-data tal-valur tal-kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|