+Artikolu 78 Riċevuti tal-ordnijiet ta’ pagament
---+Artikolu 78 1.
---+Artikolu 78 2.
|
Artikolu 78 Riċevuti tal-ordnijiet ta’ pagament
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 78 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mument tar-riċevuta huwa meta l-ordni ta’ pagament tiġi riċevuta mill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur. Il-kont tal-pagatur ma għandux jiġi debitat qabel tiġi riċevuta l-ordni ta’ pagament. Jekk il-ħin tar-riċevuta ma jkunx f’jum ta’ negozju għall-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur, l-ordni ta’ pagament għandha titqies bħala li ġiet irċevuta fil-jum ta’ negozju li jmiss. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jistabbilixxi ħin limitu qrib it-tmiem tal-jum ta’ negozju li warajh kull ordni ta’ pagament li tiġi rċevuta għandha titqies bħala li ġiet riċevuta fil-jum ta’ negozju li jkun imiss.
|
|
Artikolu 78 2.
|
Jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jibda ordni ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu jiftiehmu li l-esekuzzjoni tal-ordni ta’ pagament għandha tibda f’jum speċifiku jew fi tmiem perijodu speċifiku jew fil-jum li fih il-pagatur ikun poġġa fondi għad-dispożizzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-ħin tar-riċevuta għall-finijiet tal-Artikolu 83 għandu jitqies li huwa l-jum miftiehem. Jekk il-jum miftiehem mhuwiex jum ta’ negozju għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, l-ordni ta’ pagament riċevuta għandha titqies bħala li ġiet riċevuta fil-jum ta’ negozju li jmiss.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|