+Artikolu 79 Rifjut tal-ordnijiet ta’ pagament
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.
---+Artikolu 79 3.

Artikolu 79 Rifjut tal-ordnijiet ta’ pagament

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 79 1.
Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta li jeżegwixxi ordni ta’ pagament jew li jibda tranżazzjoni ta’ pagament, ir-rifjut u, jekk possibbli, ir-raġunijiet għalih u l-proċedura biex jiġi korrett kwalunkwe żball fattwali li wassal għar-rifjut, għandhom jiġu nnotifikati lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, ħlief jekk projbit minn liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jagħti jew jagħmel disponibbli n-notifika b’mod miftiehem mal-ewwel opportunità, u fi kwalunkwe każ fil-perijodi speċifikati fl-Artikolu 83.

Il-kuntratt qafas jista’ jinkludi kundizzjoni li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob tariffa raġonevoli għal tali rifjut jekk ir-rifjut ikun iġġustifikat oġġettivament.

Artikolu 79 2.
Meta l-kundizzjonijiet kollha mniżżla fil-kuntratt qafas tal-pagatur ikunu sodisfatti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont ma għandux jirrifjuta li jwettaq ordni ta’ pagament awtorizzata irrispettivament minn jekk l-ordni ta’ pagament tkunx mibdija minn pagatur, inkluż minn fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, jew minn benefiċjarju jew permezz tiegħu, ħlief jekk ipprojbit minn liġi tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra.
Artikolu 79 3.
Għall-finijiet tal-Artikoli 83 u 89, ordni ta’ pagament li l-esekuzzjoni tagħha ġiet rifjutata għandha titqies li ma kinitx riċevuta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit