+Artikolu 79 1.

Artikolu 79 1.

Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta li jeżegwixxi ordni ta’ pagament jew li jibda tranżazzjoni ta’ pagament, ir-rifjut u, jekk possibbli, ir-raġunijiet għalih u l-proċedura biex jiġi korrett kwalunkwe żball fattwali li wassal għar-rifjut, għandhom jiġu nnotifikati lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, ħlief jekk projbit minn liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jagħti jew jagħmel disponibbli n-notifika b’mod miftiehem mal-ewwel opportunità, u fi kwalunkwe każ fil-perijodi speċifikati fl-Artikolu 83.

Il-kuntratt qafas jista’ jinkludi kundizzjoni li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob tariffa raġonevoli għal tali rifjut jekk ir-rifjut ikun iġġustifikat oġġettivament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit