+Artikolu 109 Dispożizzjoni transitorja
---+Artikolu 109 1.
---+Artikolu 109 2.
---+Artikolu 109 3.
---+Artikolu 109 4.
---+Artikolu 109 5.

Artikolu 109 Dispożizzjoni transitorja

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 109 1.
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu bdew attivitajiet skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2007/64/KE sat-13 ta’ Jannar 2018, ikomplu b’dawk l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva 2007/64/KE mingħajr ma jkunu meħtieġa li jiksbu awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva jew li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stipulati jew imsemmijin fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2018.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li tali istituzzjonijiet ta’ pagament jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutaw sat-13 ta’ Lulju 2018, jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikunux konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ jittieħdu sabiex tiġi żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa.

L-istituzzjonijiet ta’ pagament li f’verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u għandhom jiddaħħlu fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 14 u 15. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II sat-13 ta’ Lulju 2018, dawn għandhom ikunu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 37.

Artikolu 109 2.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu istituzzjonijiet ta’ pagament msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biex awtomatikament jingħataw awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 14 u 15 jekk l-awtoritajiet kompetenti diġà jkollhom evidenza li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 11 jkunu qed jitħarsu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-istitutzzjoni ta’ pagament konċernati qabel tingħata l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 109 3.
Dan il-paragrafu japplika għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu bbenefikaw mill-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE qabel it-13 ta’ Jannar 2018, u jkunu wettqu attivitajiet ta’ servizzi ta’ pagament fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE.

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil dawk il-persuni ikomplu b’dawk l-attivitajiet fl-Istat Membru kkonċernat skont id-Direttiva 2007/64/KE, sat-13 ta’ Jannar 2019 mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva jew, biex jiksbu eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ din id-Direttiva, jew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stipulati jew imsemmijin fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva.

Kwalunkwe persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu li sat-13 ta’ Jannar 2019 ma tkunx irċeviet awtorizzazzjoni jew ma ġiet eżentata skont din id-Direttiva, għandha tiġi pprojbita milli tipprovdi servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 37 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 109 4.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi jgawdu minn eżenzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jkunu meqjusa bħala li huma eżentati u mdaħħla awtomatikament fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 14 u 15 jekk l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32 jkunu qed jitħarsu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-istituzzjonijiet ta’ pagament ikkonċernati.
Artikolu 109 5.
Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni biex jipprovdu s-servizzi ta’ pagament kif imsemmijin fil-punt (7) tal-Anness għad-Direttiva 2007/64/KE għandhom iżommu dik l-awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ dawk is-servizzi ta’ pagament li jitqiesu bħala servizzi ta’ pagament kif imsemmijin fil-punt (3) tal-Anness I għal din id-Direttiva fejn sat-13 ta’ Jannar 2020, l-awtoritajiet kompetenti ikollhom evidenza li r-rekwiżiti stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 7 u fl-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva jkunu qed jitħarsu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit