Artikolu 109 1.
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ pagament li jkunu bdew attivitajiet skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2007/64/KE sat-13 ta’ Jannar 2018, ikomplu b’dawk l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva 2007/64/KE mingħajr ma jkunu meħtieġa li jiksbu awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva jew li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stipulati jew imsemmijin fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2018. L-Istati Membri għandhom jesiġu li tali istituzzjonijiet ta’ pagament jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutaw sat-13 ta’ Lulju 2018, jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikunux konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ jittieħdu sabiex tiġi żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa. L-istituzzjonijiet ta’ pagament li f’verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u għandhom jiddaħħlu fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 14 u 15. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II sat-13 ta’ Lulju 2018, dawn għandhom ikunu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 37.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|