+Artikolu 10 Livelli limitu għolja ta’ materjalità għad-determinazzjoni ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti
---+Artikolu 10 (a)
---+Artikolu 10 (b)
---+Artikolu 10 (c)
---+Artikolu 10 2

Artikolu 10 Livelli limitu għolja ta’ materjalità għad-determinazzjoni ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti

Għall-finijiet tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, theddida ċibernetika għandha titqies sinifikanti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 (a)

it-theddida ċibernetika, jekk timmaterjalizza, tista’ taffettwa jew setgħet affettwat funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja, jew tista’ taffettwa entitajiet finanzjarji oħra, fornituri terzi, klijenti jew kontropartijiet finanzjarji, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-entità finanzjarja;

Artikolu 10 (b)

it-theddida ċibernetika jkollha probabbiltà għolja ta’ materjalizzazzjoni fl-entità finanzjarja jew f’entitajiet finanzjarji oħra, filwaqt li jitqiesu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(i)

ir-riskji applikabbli relatati mat-theddida ċibernetika msemmija fil-punt (a), inklużi vulnerabbiltajiet potenzjali tas-sistemi tal-entità finanzjarja li jistgħu jiġu sfruttati;

(ii)

il-kapaċitajiet u l-intenzjoni tal-awturi ta’ theddida sal-punt magħruf mill-entità finanzjarja;

(iii)

il-persistenza tat-theddida u kwalunkwe għarfien akkumulat dwar inċidenti li kellhom impatt fuq l-entità finanzjarja jew il-fornitur terz tagħha, il-klijenti jew il-kontropartijiet finanzjarji;

Artikolu 10 (c)

it-theddida ċibernetika tista’, jekk timmaterjalizza, tissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-kriterju dwar il-kritikalità tas-servizzi stabbilit fl-Artikolu 18(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2022/2554, kif speċifikat fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

il-livell limitu ta’ materjalità stabbilit fl-Artikolu 9(1);

(iii)

il-livell limitu ta’ materjalità stabbilit fl-Artikolu 9(4).

Artikolu 10 2

Meta, skont it-tip ta’ theddida ċibernetika u l-informazzjoni disponibbli, l-entità finanzjarja tikkonkludi li l-livelli limitu ta’ materjalità stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3), (5) u (6) jistgħu jintlaħqu, dawk il-livelli limitu jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit