+Artikolu 3 Informazzjoni minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT wara l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2

Artikolu 3 Informazzjoni minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT wara l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jipprovdi lis-Sorveljant Ewlieni rapport li jkun fih pjan ta’ rimedju fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet u r-rimedji li l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jippjana li jimplimenta sabiex jittaffew ir-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2022/2254. Ir-rapport għandu jkun konsistenti mal-iskeda ta’ żmien stabbilita mis-Sorveljant Ewlieni għal kull rakkomandazzjoni.

Artikolu 3 2

2.   Sabiex ikun jista’ jsir il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jkunu ttieħdu jew tar-rimedji li jkunu ġew implimentati mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet riċevuti, il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jikkondividi mas-Sorveljant Ewlieni meta jintalab dan:

(a)

ir-rapporti interim ta’ progress u d-dokumenti ta’ sostenn relatati li jispeċifikaw il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u tal-miżuri stabbiliti fir-rapport ipprovdut mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT lis-Sorveljant Ewlieni fl-iskeda ta’ żmien definita mis-Sorveljant Ewlieni;

(b)

ir-rapporti finali u d-dokumenti ta’ sostenn relatati li jispeċifikaw l-azzjonijiet li ttieħdu jew ir-rimedji li ġew implimentati mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT sabiex jittaffew ir-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet riċevuti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit