+Artikolu 6 Il-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-riskji indirizzati fir-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4

Artikolu 6 Il-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-riskji indirizzati fir-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Bħala parti mis-superviżjoni tagħha tal-entitajiet finanzjarji, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-impatt fuq l-entitajiet finanzjarji tal-miżuri li ttieħdu mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Artikolu 6 2

2.   Meta twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tqis dan kollu li ġej:

(a)

l-adegwatezza u l-koerenza tal-miżuri korrettivi u ta’ rimedju implimentati mill-entitajiet finanzjarji biex jittaffew ir-riskji identifikati fil-pjan ta’ rakkomandazzjonijiet;

(b)

il-valutazzjoni magħmula mis-Sorveljant Ewlieni tal-konformità tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT mal-miżuri u mal-azzjonijiet inklużi fir-rapport meta ikollha impatti fuq l-iskopertura tal-entitajiet finanzjarji skont il-mandat tiegħu għar-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet;

(c)

il-fehma ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra li tkun ġiet ikkonsultata f’konformità mal-Artikolu 42(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(d)

jekk is-Sorveljant Ewlieni qiesx l-azzjonijiet u r-rimedji implimentati mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT bħala adegwati biex itaffu l-iskopertura tal-entitajiet finanzjarji skont il-mandat tiegħu għar-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet.

Artikolu 6 3

3.   Fuq talba mis-Sorveljant Ewlieni, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi fi żmien raġonevoli r-riżultati tal-valutazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1. Meta jitlob ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, is-Sorveljant Ewlieni għandu jqis il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-kobor tar-riskji assoċjati mar-rakkomandazzjonijiet, inklużi l-impatti transfruntiera ta’ dawn ir-riskji meta jkollhom impatt fuq l-entitajiet finanzjarji li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed.

Artikolu 6 4

4.   Meta rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-entitajiet finanzjarji jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit