+Artikolu 1 Kompiti tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2

Artikolu 1 Kompiti tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Il-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom taħt il-koordinazzjoni tal-koordinatur tas-Sorveljant Ewlieni. Dawk il-kompiti għandhom jinkludu l-appoġġ li għadu għaddej tal-attivitajiet imwettqa mis-Sorveljant Ewlieni u l-eżekuzzjoni ta’ kompiti speċifiċi. Dawk il-kompiti għandhom ikunu li:

(a)

jassistu lis-Sorveljant Ewlieni fit-tħejjija u fl-abbozzar tal-pjan individwali annwali ta’ sorveljanza msemmi fl-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(b)

jassistu lis-Sorveljant Ewlieni fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(c)

jivvalutaw l-informazzjoni miksuba mis-Sorveljant Ewlieni mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2022/2554 u l-Kapitolu II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/295 (7);

(d)

jwettqu investigazzjonijiet ġenerali dwar il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(e)

jwettqu l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(f)

jabbozzaw ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(g)

jivvalutaw il-pjan ta’ rimedju u r-rapporti ta’ progress imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/295;

(h)

iħejju u jabbozza t-talbiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35(6), l-Artikolu 37(1), l-Artikolu 38(4), u l-Artikolu 39(6) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(i)

jassistu lis-Sorveljant Ewlieni fil-kontribut tiegħu għal attivitajiet ta’ sorveljanza orizzontali, inkluż fl-iżvilupp tal-parametri referenzjarji komprensivi msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(j)

jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti relatata mal-entitajiet finanzjarji li jagħmlu użu mis-servizzi pprovduti minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT tiġi kondiviża mas-Sorveljant Ewlieni;

(k)

jassistu lis-Sorveljant Ewlieni f’attivitajiet ad hoc mhux ippjanati meqjusa meħtieġa mis-Sorveljant Ewlieni għall-fini ta’ sorveljanza.

Artikolu 1 2

2.   Fejn is-Sorveljant Ewlieni jirrevedi b’mod sinifikanti l-pjan individwali annwali ta’ sorveljanza matul is-sena, is-Sorveljant Ewlieni għandu jinvolvi l-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni fl-eżekuzzjoni tal-pjan individwali annwali ta’ sorveljanza u fir-reviżjoni tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit