+Artikolu 1 Definizzjonijiet
---+Artikolu 1 (1)
---+Artikolu 1 (2)
---+Artikolu 1 (3)
---+Artikolu 1 (4)
---+Artikolu 1 (5)
---+Artikolu 1 (6)
---+Artikolu 1 (7)
---+Artikolu 1 (8)
---+Artikolu 1 (9)
---+Artikolu 1 (10)
---+Artikolu 1 (11)
---+Artikolu 1 (12)
---+Artikolu 1 (13)
---+Artikolu 1 (14)
---+Artikolu 1 (15)
---+Artikolu 1 (16)
---+Artikolu 1 (17)
---+Artikolu 1 (18)
|
Artikolu 1 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 (1)
|
“tim ta’ kontroll” tfisser it-tim magħmul minn persunal tal-entità finanzjarja ttestjata u, fejn rilevanti b’kunsiderazzjoni tal-ambitu tat-TLPT, persunal tal-fornituri terzi ta’ servizzi tiegħu u kwalunkwe parti oħra, li jimmaniġġja t-test;
|
|
Artikolu 1 (2)
|
“kap tat-tim ta’ kontroll” tfisser il-membru tal-persunal tal-entità finanzjarja responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet kollha relatati mat-TLPT għall-entità finanzjarja fil-kuntest ta’ test partikolari;
|
|
Artikolu 1 (3)
|
“tim il-blu” tfisser il-persunal tal-entità finanzjarja u, fejn rilevanti, il-persunal tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-entità finanzjarja u kwalunkwe parti oħra meqjusa rilevanti b’kunsiderazzjoni tal-ambitu tat-TLPT, tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-entità finanzjarja, li qed jiddefendu l-użu tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni ta’ entità finanzjarja billi jżommu l-qagħda tas-sigurtà tagħha kontra attakki simulati jew reali u li ma jkunux konxji bit-TLPT;
|
|
Artikolu 1 (4)
|
“kompiti tat-tim il-blu” tfisser kompiti li tipikament jitwettqu mit-tim il-blu bħaċ-ċentru tal-operazzjonijiet tas-sigurtà (SOC, security operation centre), is-servizzi tal-infrastruttura tal-ICT, is-servizzi tal-helpdesk, is-servizzi tal-ġestjoni tal-inċidenti fil-livell operazzjonali;
|
|
Artikolu 1 (5)
|
“tim l-aħmar” tfisser it-testers, interni jew esterni, ikkuntrattati għal TLPT jew assenjati miegħu;
|
|
Artikolu 1 (6)
|
“użu tat-tim il-vjola” tfisser attività kollaborattiva ta’ ttestjar li tinvolvi kemm lit-testers kif ukoll lit-tim il-blu;
|
|
Artikolu 1 (7)
|
“awtorità tat-TLPT” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-awtorità pubblika unika fis-settur finanzjarju deżinjata f’konformità mal-Artikolu 26(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
(b)
|
l-awtorità fis-settur finanzjarju li lilha jiġi ddelegat l-eżerċizzju ta’ wħud mill-kompiti jew tal-kompiti kollha fir-rigward tat-TLPT f’konformità mal-Artikolu 26(10) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
(c)
|
kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
|
Artikolu 1 (8)
|
“Tim Ċibernetiku tat-TLPT” jew “TCT” (TLPT Cyber Team) tfisser il-persunal fi ħdan l-awtoritajiet tat-TLPT li huwa responsabbli għal kwistjonijiet relatati mat-TLPT;
|
|
Artikolu 1 (9)
|
“maniġers tat-testijiet” tfisser persunal deżinjat biex imexxi l-attivitajiet tal-awtorità tat-TLPT għal TLPT speċifiku biex tiġi mmonitorjata l-konformità ma’ dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 1 (10)
|
“fornitur tal-intelligence dwar it-theddid” tfisser l-esperti, ikkuntrattati mill-entità finanzjarja għal kull TLPT, u li jkunu esterni għall-entità finanzjarja u għall-fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT jekk ikun hemm, li jiġbru u janalizzaw l-intelligence dwar it-theddid immirat rilevanti għall-entitajiet finanzjarji fl-ambitu ta’ eżerċizzju speċifiku tat-TLPT u li jiżviluppaw xenarji ta’ theddid rilevanti u realistiċi korrispondenti;
|
|
Artikolu 1 (11)
|
“fornituri tat-TLPT” tfisser testers u fornituri tal-intelligence dwar it-theddid;
|
|
Artikolu 1 (12)
|
“leg-up” tfisser l-assistenza jew l-informazzjoni provduta mit-tim ta’ kontroll lit-testers biex it-testers ikunu jistgħu jkomplu l-eżekuzzjoni ta’ perkors ta’ attakk meta ma jkunux jistgħu javvanzaw waħedhom, u fejn ma tkun teżisti l-ebda alternattiva raġonevoli oħra, inkluż minħabba żmien jew riżorsi insuffiċjenti f’TLPT partikolari;
|
|
Artikolu 1 (13)
|
“perkors ta’ attakk” tfisser ir-rotta segwita mit-testers matul il-fażi attiva tal-ittestjar tat-tim l-aħmar tat-TLPT biex jintlaħqu l-marki speċifikati għal dak it-TLPT;
|
|
Artikolu 1 (14)
|
“marki” huma objettivi ewlenin fis-sistemi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti ta’ entità finanzjarja li t-testers jippruvaw jiksbu permezz tat-test;
|
|
Artikolu 1 (15)
|
“informazzjoni sensittiva” tfisser informazzjoni li tista’ tiġi sfruttata faċilment biex isiru attakki kontra s-sistemi tal-ICT tal-entità finanzjarja, il-proprjetà intellettwali, id-data kummerċjali kunfidenzjali, jew id-data personali, li tista’ tagħmel ħsara direttament jew indirettament lill-entità finanzjarja u lill-ekosistema tagħha jekk din taqa’ f’idejn atturi malizzjużi;
|
|
Artikolu 1 (16)
|
“aggregazzjoni” tfisser l-entitajiet finanzjarji kollha li jipparteċipaw f’TLPT aggregat skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
Artikolu 1 (17)
|
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru ospitanti f’konformità mal-liġi settorjali tal-Unjoni applikabbli għal kull entità finanzjarja;
|
|
Artikolu 1 (18)
|
“TLPT konġunt” tfisser TLPT, għajr TLPT aggregat kif imsemmi fl-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554, li jinvolvi diversi entitajiet finanzjarji li jużaw l-istess fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT, jew li jappartjenu għall-istess grupp u jikkondividu s-sistemi tal-ICT.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|