+Artikolu 4 Arranġamenti organizzazzjonali għall-entitajiet finanzjarji
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2

Artikolu 4 Arranġamenti organizzazzjonali għall-entitajiet finanzjarji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jaħtru kap tat-tim ta’ kontroll li għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tat-TLPT u għad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tat-tim ta’ kontroll.

Artikolu 4 2

2.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu miżuri organizzazzjonali u proċedurali biex jiżguraw li:

(a)

l-aċċess għal informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe TLPT ippjanat jew li jkun għaddej ikun limitat fuq bażi ta’ ħtieġa għall-informazzjoni għat-tim ta’ kontroll, il-korp maniġerjali, it-testers, il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid u l-awtorità tat-TLPT;

(b)

it-tim ta’ kontroll jikkonsulta lill-maniġers tat-testijiet qabel ma jinvolvi kwalunkwe membru tat-tim il-blu f’TLPT;

(c)

it-tim ta’ kontroll jiġi infurmat bi kwalunkwe individwazzjoni tat-TLPT minn membri tal-persunal tal-entità finanzjarja jew tal-fornituri terzi ta’ servizzi tagħha; f’każ ta’ eskalazzjoni tar-rispons għal inċidenti li jirriżultaw, fejn meħtieġ, it-tim ta’ kontroll jikkontrolla tali eskalazzjoni;

(d)

l-arranġamenti relatati mas-segretezza tat-TLPT, applikabbli għall-persunal tal-entità finanzjarja, għall-persunal tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ikkonċernati, għat-testers u għall-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid ikunu fis-seħħ;

(e)

it-tim ta’ kontroll jipprovdi kwalunkwe informazzjoni relatata mat-TLPT lill-maniġers tat-testijiet fuq talba;

(f)

fejn possibbli, il-partijiet involuti fit-TLPT jirreferu għalih bl-isem kodiċi biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit