+Artikolu 5 Ġestjoni tar-riskju għal TLPT
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2

Artikolu 5 Ġestjoni tar-riskju għal TLPT

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Matul il-fażi ta’ tħejjija msemmija fl-Artikolu 9, it-tim ta’ kontroll għandu jivvaluta r-riskji assoċjati mal-ittestjar ta’ sistemi attivi ta’ produzzjoni ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja, inklużi l-impatti potenzjali fuq:

(a)

is-settur finanzjarju;

(b)

l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-Unjoni jew f’dak nazzjonali.

It-tim ta’ kontroll għandu jirrieżamina dawk l-impatti matul l-ittestjar.

Artikolu 5 2

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskju, it-tim ta’ kontroll għandu jqis mill-anqas it-tipi ta’ riskji li ġejjin relatati ma’:

(a)

l-għoti ta’ aċċess lill-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid u lit-testers esterni, fejn applikabbli, għal informazzjoni sensittiva dwar l-entità finanzjarja;

(b)

nuqqas ta’ konformità tat-TLPT mar-Regolament (UE) 2022/2554 u ma’ dan ir-Regolament fejn tali nuqqas ta’ konformità jirriżulta fin-nuqqas tal-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) 2022/2554, inkluż meta tali nuqqas ta’ konformità jkun dovut għal ksur tal-kunfidenzjalità dwar it-TLPT jew għal nuqqas ta’ mġiba etika;

(c)

l-eskalazzjoni tal-kriżijiet u tal-inċidenti;

(d)

il-fażi attiva tat-tim l-aħmar, inklużi r-riskji relatati mal-interruzzjoni tal-attivitajiet kritiċi u mal-korruzzjoni tad-data minħabba l-attivitajiet tat-testers, u l-impatti potenzjali tagħha fuq partijiet terzi;

(e)

l-attività tat-tim il-blu, inklużi r-riskji relatati mal-interruzzjoni tal-attivitajiet kritiċi u mal-korruzzjoni tad-data minħabba l-attivitajiet tat-tim il-blu, u l-impatti potenzjali tagħha fuq partijiet terzi;

(f)

ir-restawr mhux komplut tas-sistemi affettwati mit-TLPT.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit