+Artikolu 9 Fażi ta’ tħejjija
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8
---+Artikolu 9 9
---+Artikolu 9 10
---+Artikolu 9 11
---+Artikolu 9 12
|
Artikolu 9 Fażi ta’ tħejjija
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. Entità finanzjarja identifikata skont l-Artikolu 26, il-paragrafu 8, it-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandha tibda TLPT wara notifika mill-awtorità tat-TLPT li għandu jsir TLPT.
|
|
Artikolu 9 2
|
2. Entità finanzjarja għandha, fi żmien 3 xhur minn meta tkun irċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1, tissottometti lill-maniġers tat-testijiet l-informazzjoni kollha li ġejja dwar il-bidu tat-TLPT:
|
(a)
|
karta tal-proġett li tinkludi pjan tal-proġett ta’ livell għoli, li jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I;
|
|
(b)
|
id-dettalji ta’ kuntatt tal-kap tat-tim ta’ kontroll;
|
|
(c)
|
informazzjoni dwar l-użu maħsub ta’ testers interni jew esterni jew it-tnejn, fejn rilevanti kif dettaljat fl-Artikolu 15;
|
|
(d)
|
informazzjoni dwar il-kanali ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw waqt it-TLPT;
|
|
(e)
|
l-isem kodiċi għat-TLPT.
|
|
|
Artikolu 9 3
|
3. Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (e), tkun kompluta u tiżgura l-adegwatezza u l-prestazzjoni effettiva tat-TLPT, l-awtorità tat-TLPT għandha tivvalida l-informazzjoni għall-bidu tat-TLPT tal-entità finanzjarja u tinnotifika lill-entità finanzjarja b’dan.
|
|
Artikolu 9 4
|
4. Wara l-validazzjoni tal-informazzjoni għall-bidu tat-TLPT mill-awtorità tat-TLPT, l-entità finanzjarja għandha tistabbilixxi tim ta’ kontroll biex jappoġġja lill-kap tat-tim ta’ kontroll fil-kompiti tiegħu li:
|
(a)
|
jispeċifika l-kanali u l-proċessi ta’ komunikazzjoni fi ħdan it-tim ta’ kontroll, mat-testers u mal-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid fil-kwistjonijiet kollha relatati mat-TLPT;
|
|
(b)
|
jinforma lill-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja dwar il-progress tat-TLPT u r-riskji assoċjati;
|
|
(c)
|
jieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq għarfien espert dwar is-suġġett waqt it-TLPT kollu;
|
|
(d)
|
jeżegwixxi t-TLPT f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
|
|
(e)
|
jagħżel il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid għat-TLPT;
|
|
(f)
|
jagħżel it-testers esterni, it-testers interni jew it-tnejn li huma;
|
|
(g)
|
iħejji d-dokument tal-ispeċifikazzjoni tal-ambitu.
|
|
|
Artikolu 9 5
|
5. Meta l-awtorità tat-TLPT tqis li l-kompożizzjoni inizjali tat-tim ta’ kontroll u kwalunkwe bidla sussegwenti fih huma adegwati għat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità tat-TLPT għandha tivvalida t-tim ta’ kontroll u tinnotifika lill-kap tat-tim ta’ kontroll b’dan.
|
|
Artikolu 9 6
|
6. L-entità finanzjarja għandha tippreżenta dokument tal-ispeċifikazzjoni tal-ambitu li jkun fih l-informazzjoni kollha stabbilita fl-Anness II lill-maniġers tat-testijiet fi żmien 6 xhur minn meta tkun irċeviet in-notifika mill-awtorità tat-TLPT imsemmija fil-paragrafu 1. Il-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja għandu japprova d-dokument tal-ispeċifikazzjoni tal-ambitu.
|
|
Artikolu 9 7
|
7. L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin għall-inklużjoni ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti fl-ambitu tat-TLPT:
|
(a)
|
il-kritikalità jew l-importanza tal-funzjoni u l-impatt possibbli tagħha fuq is-settur finanzjarju u fuq l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali;
|
|
(b)
|
l-importanza tal-funzjoni għall-operazzjonijiet tan-negozju ta’ kuljum tal-entità finanzjarja;
|
|
(c)
|
l-iskambjabbiltà tal-funzjoni;
|
|
(d)
|
l-interkonnettività ma’ funzjonijiet oħrajn;
|
|
(e)
|
il-pożizzjoni ġeografika tal-funzjoni;
|
|
(f)
|
id-dipendenza settorjali ta’ entitajiet oħrajn fuq il-funzjoni;
|
|
(g)
|
fejn disponibbli, intelligence dwar it-theddid li tikkonċerna l-funzjoni.
|
|
|
Artikolu 9 8
|
8. It-tim ta’ kontroll għandu jikkondividi l-informazzjoni għall-bidu tat-TLPT u d-dokument tal-ispeċifikazzjoni tal-ambitu mat-testers u mal-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid hekk kif dawn jiġu kkuntrattati. It-tim ta’ kontroll għandu jinforma lit-testers u lill-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid bil-proċess tal-ittestjar li għandu jiġi segwit.
|
|
Artikolu 9 9
|
9. L-entità finanzjarja għandha tiżgura li l-akkwist jew l-assenjazzjoni tat-testers u tal-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid titlesta qabel il-bidu tal-fażi tal-ittestjar.
|
|
Artikolu 9 10
|
10. Qabel il-bidu tal-fażi tal-ittestjar, it-tim ta’ kontroll għandu jikkonsulta lill-maniġers tat-testijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju tat-TLPT u dwar il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju. It-tim ta’ kontroll għandu jirrieżamina l-valutazzjoni tar-riskju jew il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju meta l-awtorità tat-TLPT tkun tal-fehma li dawn ma jindirizzawx b’mod adegwat ir-riskji tat-TLPT.
|
|
Artikolu 9 11
|
11. It-tim ta’ kontroll għandu jivvaluta l-konformità tal-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u tat-testers li qed jikkunsidraw biex jinvolvu fit-TLPT mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2022/2554 u mal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, u jiddokumenta l-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni. It-tim ta’ kontroll għandu jagħżel il-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid f’konformità ma’ dik il-valutazzjoni u mal-prattiki tiegħu ta’ ġestjoni tar-riskju. Qabel ma jiġu kkuntrattati l-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u t-testers esterni magħżula, it-tim ta’ kontroll għandu jipprovdi lill-maniġers tat-testijiet evidenza tal-konformità ta’ dawk il-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u t-testers mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2022/2554 u mal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament. It-tim ta’ kontroll ma għandux jipproċedi bl-ikkuntrattar tal-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u tat-testers esterni magħżula meta l-awtorità tat-TLPT tkun tal-fehma li l-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u t-testers esterni magħżula ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2022/2554, jew mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament jew ma’ rekwiżiti addizzjonali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, jew meta l-entità finanzjarja ma tikkonformax mal-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament, jew meta ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament ma jiġux issodisfati.
|
|
Artikolu 9 12
|
12. Meta d-dokument tal-ambitu ta’ applikazzjoni jkun komplut u jiżgura t-twettiq ta’ TLPT xieraq u effettiv, l-awtorità tat-TLPT għandha tapprova dak id-dokument u tinforma lill-kap tat-tim ta’ kontroll b’dan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|