+Artikolu 4a Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali għall-kxif u l-korrezzjoni tal-preġudizzji
---+Artikolu 4a 1.
---+Artikolu 4a 2.

Artikolu 4a Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali għall-kxif u l-korrezzjoni tal-preġudizzji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4a 1.

Sal-punt li jkun strettament meħtieġ biex ikunu żgurati l-kxif u l-korrezzjoni tal-preġudizzji fir-rigward tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli f’konformità mal-Artikolu 10(2), il-punti (f) u (g), ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri ta’ tali sistemi jistgħu jipproċessaw b’mod eċċezzjonali kategoriji speċjali ta’ data personali, soġġetti għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi. Minbarra d-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva (UE) 2016/680, kif applikabbli, biex isir tali pproċessar għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kxif u l-korrezzjoni tal-preġudizzji ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod effettiv bl-ipproċessar ta’ data oħra, inkluż data sintetika jew anonimizzata;

(b) 

il-kategoriji speċjali ta’ data personali huma soġġetti għal limitazzjonijiet tekniċi fuq l-użu mill-ġdid ta’ data personali u miżuri mill-aktar avvanzati tas-sigurtà u tal-preżervazzjoni tal-privatezza, inkluż il-psewdonimizzazzjoni;

(c) 

il-kategoriji speċjali ta’ data personali huma soġġetti għal miżuri biex ikun żgurat li d-data personali pproċessata tkun sigura u protetta, soġġetta għas-salvagwardji xierqa, inkluż kontrolli stretti u dokumentazzjoni tal-aċċess, biex ikun evitat l-użu ħażin u biex ikun żgurat li persuni awtorizzati biss jkollhom aċċess għal dik id-data personali b’obbligi xierqa tal-kunfidenzjalità;

(d) 

il-kategoriji speċjali ta’ data personali mhumiex trażmessi, trasferiti jew aċċessati b’xi mod ieħor minn partijiet oħra;

(e) 

il-kategoriji speċjali ta’ data personali jitħassru ladarba l-preġudizzju jkun ġie kkoreġut jew id-data personali tkun waslet fi tmiem il-perjodu taż-żamma tagħha, skont liema jiġi l-ewwel; u

(f) 

ir-rekords tal-attivitajiet tal-ipproċessar skont ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva (UE) 2016/680 jinkludu r-raġunijiet għalfejn l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali kien strettament meħtieġ biex jinkixfu u jiġu kkoreġuti l-preġudizzji u għalfejn dak l-objettiv ma setax jintlaħaq bl-ipproċessar ta’ data oħra.

Artikolu 4a 2.

Il-fornituri u l-implimentaturi ta’ sistemi u mudelli tal-IA oħrajn u l-implimentaturi ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli jistgħu b’mod eċċezzjonali jipproċessaw kategoriji speċjali ta’ data personali sal-punt fejn:

(a) 

tali proċessar huwa strettament meħtieġ biex jiżgura l-kxif u l-korrezzjoni tal-preġudizzji fid-dawl ta’ preġudizzji possibbli li x’aktarx jaffettwaw is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, għandhhom impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali jew iwasslu għal diskriminazzjoni pprojbita skont il-liġi tal-Unjoni, speċjalment fejn l-outputs tad-data jinfluwenzaw l-inputs għat-tħaddim futur; u

(b) 

jiġu applikati l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji kollha stipulati fil-paragrafu 1.

Dan il-paragrafu ma joħloq l-ebda obbligu li jitwettqu tali kxif u korrezzjoni tal-preġudizzji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit