|
+Artikolu 4a 1. |
Artikolu 4a 1.Sal-punt li jkun strettament meħtieġ biex ikunu żgurati l-kxif u l-korrezzjoni tal-preġudizzji fir-rigward tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli f’konformità mal-Artikolu 10(2), il-punti (f) u (g), ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri ta’ tali sistemi jistgħu jipproċessaw b’mod eċċezzjonali kategoriji speċjali ta’ data personali, soġġetti għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi. Minbarra d-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva (UE) 2016/680, kif applikabbli, biex isir tali pproċessar għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-kxif u l-korrezzjoni tal-preġudizzji ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod effettiv bl-ipproċessar ta’ data oħra, inkluż data sintetika jew anonimizzata;
(b)
il-kategoriji speċjali ta’ data personali huma soġġetti għal limitazzjonijiet tekniċi fuq l-użu mill-ġdid ta’ data personali u miżuri mill-aktar avvanzati tas-sigurtà u tal-preżervazzjoni tal-privatezza, inkluż il-psewdonimizzazzjoni;
(c)
il-kategoriji speċjali ta’ data personali huma soġġetti għal miżuri biex ikun żgurat li d-data personali pproċessata tkun sigura u protetta, soġġetta għas-salvagwardji xierqa, inkluż kontrolli stretti u dokumentazzjoni tal-aċċess, biex ikun evitat l-użu ħażin u biex ikun żgurat li persuni awtorizzati biss jkollhom aċċess għal dik id-data personali b’obbligi xierqa tal-kunfidenzjalità;
(d)
il-kategoriji speċjali ta’ data personali mhumiex trażmessi, trasferiti jew aċċessati b’xi mod ieħor minn partijiet oħra;
(e)
il-kategoriji speċjali ta’ data personali jitħassru ladarba l-preġudizzju jkun ġie kkoreġut jew id-data personali tkun waslet fi tmiem il-perjodu taż-żamma tagħha, skont liema jiġi l-ewwel; u
(f)
ir-rekords tal-attivitajiet tal-ipproċessar skont ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva (UE) 2016/680 jinkludu r-raġunijiet għalfejn l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali kien strettament meħtieġ biex jinkixfu u jiġu kkoreġuti l-preġudizzji u għalfejn dak l-objettiv ma setax jintlaħaq bl-ipproċessar ta’ data oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|