+Artikolu 29 Applikazzjoni ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għan-notifika
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.

Artikolu 29 Applikazzjoni ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għan-notifika

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti.
Artikolu 29 2.
L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità u t-tipi ta’ sistemi tal-IA li fir-rigward tagħhom il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jgħid li huwa kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, jekk ikun jeżisti wieħed, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 31.

Għandu jiżdied kull dokument validu relatat mad-deżinjazzjonijiet eżistenti tal-korp notifikat applikanti skont kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Artikolu 29 3.
Meta l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jkunx jista’ jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika l-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31.
Artikolu 29 4.
Għall-korpi notifikati ddeżinjati skont kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, id-dokumenti u ċ-ċertifikati kollha konnessi ma’ dawk id-deżinjazzjonijiet jistgħu jintużaw biex jappoġġaw u jħaffu l-proċedura tad-deżinjazzjoni tagħhom skont dan ir-Regolament, kif ikun xieraq.

Il-korpi notifikati ddeżinjati skont xi waħda mil-leġiżlazzjonijiet tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I u li jjgħaddu mill-proċedura ta’ valutazzjoni unifikata msemmija fl-Artikolu 28(8), għandhom jissottomettu l-applikazzjoni unika għall-valutazzjoni lill-awtorità tan-notifika ddeżinjata skont dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jaġġorna d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu kull meta jsiru bidliet rilevanti, sabiex l-awtorità responsabbli għall-korpi notifikati tkun tista’ timmonitorja u tivverifika l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 31.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit