Artikolu 32
Preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti relatati mal-korpi notifikati
Meta korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li huwa konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 31 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.