+Artikolu 30 Proċedura ta’ notifika
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.

Artikolu 30 Proċedura ta’ notifika

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lil korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31.
Artikolu 30 2.
L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, abbażi tal-lista ta’ kodiċijiet, ta’ kategoriji, u ta’ tipi korrispondenti tas-sistemi tal-IA msemmija fl-Anness XIV, u bl-għodda tan-notifika elettronika żviluppata u ġestita mill-Kummissjoni, dwar kull korp tal-valutazzjoni tal-konformità msemmi fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 97 sabiex temenda l-Anness XIV, fid-dawl tal-progress tekniku, l-avvanzi fl-għarfien jew evidenza xjentifika ġdida billi mal-lista ta’ kodiċijiet, ta’ kategoriji, u ta’ tipi korrispondenti tas-sistemi tal-IA iżżid kodiċi, kategorija jew tip ġdid ta’ sistema tal-IA, billi tirtira kodiċi, kategorija jew tip ta’ sistema tal-IA eżistenti minn dik il-lista, jew billi ċċaqlaq kodiċi jew tip ta’ sistema tal-IA minn kategorija għal oħra.

Artikolu 30 3.
In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità, it-tipi ta’ sistemi tal-IA ikkonċernat u l-attestazzjoni ta’ kompetenza rilevanti. Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), l-awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li dak il-korp ser jiġi monitorjat regolarment u ser ikompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31.
Artikolu 30 4.
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss meta ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn min-notifika minn awtorità tan-notifika meta din tinkludi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni msemmi fl-Artikolu 29(2), jew fi żmien xahrejn min-notifika mill-awtorità tan-notifika meta din tinkludi evidenza dokumentarja msemmija fl-Artikolu 29(3).
Artikolu 30 5.
Fejn jitressqu oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjonijiet mal-Istati Membri rilevanti u mal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità. Fid-dawl ta’ dan, ’’il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hix iġġustifikata. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat u lill-korp rilevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit