+Artikolu 34 Obbligi operazzjonali tal-korpi notifikati
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
|
Artikolu 34 Obbligi operazzjonali tal-korpi notifikati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
Il-korpi notifikati għandhom jivverifikaw il-konformità tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli f’konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stipulati fl-Artikolu 43.
|
|
Artikolu 34 2.
|
Il-korpi notifikati għandhom jevitaw piżijiet bla bżonn għall-fornituri meta jwettqu l-attivitajiet tagħhom, u jqisu kif xieraq id-daqs tal-fornitur, is-settur li jopera fih, l-istruttura tiegħu u l-grad ta’ kumplessità tas-sistema tal-IA b’riskju għoli kkonċernata, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu mminimizzati l-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet tal-konformità għall-intrapriżi mikro u żgħar skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. Madankollu, il-korp notifikat għandu jirrispetta l-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa għall-konformità tas-sistema tal-IA b’riskju għoli mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 34 3.
|
Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu disponibbli u meta jintalbu, jippreżentaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inkluż id-dokumentazzjoni tal-fornituri, lill-awtorità tan-notifika msemmija fl-Artikolu 28 biex dik l-awtorità tkun tista’ twettaq l-attivitajiet tagħha ta’ valutazzjoni, ta’ deżinjazzjoni, ta’ notifika u ta’ monitoraġġ u biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni deskritta f’din it-Taqsima.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|