+Artikolu 58 Arranġamenti ddettaljati għall-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u l-funzjonament tagħhom
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.

Artikolu 58 Arranġamenti ddettaljati għall-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u l-funzjonament tagħhom

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 1.

Biex tiġi evitata l-frammentazzjoni madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għall-istabbiliment, għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għat-tħaddim, għall-governanza u għas-superviżjoni tal-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jinkludu prinċipji komuni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

▼B

(a) 

l-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla għall-parteċipazzjoni fl-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA;

(b) 

il-proċeduri għall-applikazzjoni, il-parteċipazzjoni, il-monitoraġġ, il-ħruġ mill-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u t-terminazzjoni tiegħu, inkluż il-pjan tal-ambjent ta' esperimentazzjoni u r-rapport tal-ħruġ;

(c) 

it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-parteċipanti;

▼M1

(d) 

ir-regoli dettaljati applikabbli għall-governanza tal-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA koperti skont l-Artikolu 57, inkluż fir-rigward tal-involviment tal-awtoritajiet kompetenti tal-protezzjoni tad-data u s-superviżjoni minnhom, fejn rilevanti, u l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE.

▼B

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Artikolu 58 2.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw:

(a) 

li l-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA jkunu miftuħa għal kwalunkwe fornitur jew fornitur prospettiv ta' sistema tal-IA li japplika u li jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla, li għandhom ikun trasparenti u ġusti, u li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinfurmaw lill-applikanti bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien tliet xhur mill-applikazzjoni;

(b) 

li l-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA jippermettu aċċess wiesa' u ugwali u jlaħħqu mad-domanda għall-parteċipazzjoni; il-formituri u l-fornituri prospettivi jistgħu wkoll jippreżentaw applikazzjonijiet fi sħubijiet ma' implimentaturi u ma’ kwalunkwe parti terza rilevanti oħra;

(c) 

li l-arranġamenti ddettaljati għall-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u l-kundizzjonijiet li jikkonċernawhom għandhom kemm jista’ jkun possibbli jappoġġaw il-flessibbiltà għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jistabbilixxu u jħaddmu l-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA tagħhom;

(d) 

li l-aċċess għall-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA ikun bla ħlas għall-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, mingħajr preġudizzju għall-kostijiet eċċezzjonali li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jirkupraw b’mod ġust u proporzjonat;

(e) 

li jiffaċilitaw lill-fornituri u lill-fornituri prospettivi, permezz tal-eżiti tat-tagħlim tal-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA, biex jissodisfaw l-obbligi tal-valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament u l-applikazzjoni volontarja tal-kodiċijiet ta' kondotta msemmija fl-Artikolu 95;

(f) 

li l-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA jiffaċilitaw l-involviment ta' atturi rilevanti oħra fi ħdan l-ekosistema tal-IA, bħal korpi notifikati u organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni, SMEs, inkluż negozji ġodda, intrapriżi, innovaturi, faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni, laboratorji tar-riċerka u tal-esperimentazzjoni u Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali, ċentri ta' eċċellenza, riċerkaturi individwali, sabiex jippermettu u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mas-settur pubbliku u dak privat;

(g) 

li l-proċeduri, il-proċessi u r-rekwiżiti amministrattivi għall-applikazzjoni, l-għażla, il-parteċipazzjoni u l-ħruġ mill-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA jkunu sempliċi, intelliġibbli faċilment u kkomunikati b'mod ċar sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs, inkluż in-negozji ġodda b'kapaċitajiet legali u amministrattivi limitati u jiġu ssimplifikati fl-Unjoni kollha, sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni u li l-parteċipazzjoni f'ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA stabbilita minn Stat Membru, jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tkun rikonoxxuta b'mod reċiproku u uniformi u jkollha l-istess effetti legali fl-Unjoni kollha;

(h) 

li l-parteċipazzjoni fl-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA tkun limitata għal perjodu li jkun xieraq għall-kumplessità u l-iskala tal-proġett u li tista' tiġi estiża mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(i) 

li l-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' għodod u infrastruttura għall-ittestjar, għall-analiżi komparattiva, għall-valutazzjoni u għall-ispjegazzjoni tad-dimensjonijiet tas-sistemi tal-IA rilevanti għat-tagħlim regolatorju, bħall-akkuratezza, ir-robustezza u ċ-ċibersigurtà kif ukoll miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji għad-drittijiet fundamentali u s-soċjetà inġenerali.

Artikolu 58 3.
Il-fornituri prospettivi fl-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda, għandhom jiġu diretti; fejn rilevanti, lejn servizzi ta' qabel l-użu bħal gwida dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u lejn servizzi oħra li jżidu l-valur bħal għajnuna bid-dokumenti ta' standardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, faċilitajiet tal-ittestjar u ta' esperimentazzjoni, Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u ċentri ta' eċċellenza.
Artikolu 58 4.
Meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkunsidraw li jawtorizzaw l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali sorveljati fil-qafas ta' ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA li għandu jiġi stabbilit skont dan l-Artikolu, huma għandhom jaqblu speċifikament it-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan l-ittestjar u, b'mod partikolari, is-salvagwardji xierqa mal-parteċipanti bil-ħsieb li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali, is-saħħa u s-sikurezza. Fejn xieraq, huma għandhom jikkooperaw ma' awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra bil-ħsieb li jiġu żgurati prattiki konsistenti madwar l-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit