+Artikolu 68 Bord ta' esperti indipendenti
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
---+Artikolu 68 5.

Artikolu 68 Bord ta' esperti indipendenti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 68 1.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tagħmel dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' bord ta' esperti indipendenti (il-“bord”) maħsuba biex jappoġġaw l-attivitajiet ta' infurzar skont dan ir-Regolament. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
Artikolu 68 2.

Il-bord għandu jkun magħmul minn esperti magħżula mill-Kummissjoni abbażi ta' kompetenza esperta xjentifika jew teknika aġġornata fil-qasam tal-IA meħtieġ għall-kompiti stipulati fil-paragrafu 3, u għandu jkun kapaċi juri li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikollu għarfien espert u kompetenza partikolari u kompetenza esperta xjentifika jew teknika fil-qasam tal-IA;

(b) 

ikun indipendenti minn kwalunkwe fornitur ta' sistemi tal-IA jew mudelli tal-IA bi skop ġenerali;

(c) 

ikollu kapaċità li jwettaq l-attivitajiet b'mod diliġenti, preċiż u oġġettiv.

Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Bord, għandha tiddetermina l-għadd ta' esperti fil-bord f'konformità mal-bżonnijiet meħtieġa u għandha tiżgura rappreżentanza ġusta mil-lat ta' ġeneru u dak ġeografiku.

Artikolu 68 3.

Il-bord għandu jagħti pariri u jappoġġa lill-Uffiċċju għall-IA, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompiti li ġejjin:

(a) 

jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-mudelli u s-sistemi tal-IA bi skop ġenerali, b'mod partikolari billi:

(i) 

jallerta lill-Uffiċċju għall-IA dwar ir-riskji sistemiċi possibbli fil-livell tal-Unjoni ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali, f'konformità mal-Artikolu 90;

(ii) 

jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' għodod u metodoloġiji biex jiġu evalwati l-kapaċitajiet tal-mudelli u s-sistemi tal-IA bi skop ġenerali, inkluż permezz ta' parametri referenzjarji;

(iii) 

jagħti pariri dwar il-klassifikazzjoni tal-mudelli tal-IA bi skop ġenerali b'riskju sistemiku;

(iv) 

jagħti pariri dwar il-klassifikazzjoni ta' mudelli u sistemi diversi tal-IA bi skop ġenerali;

(v) 

jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' għodod u mudelli;

(b) 

jappoġġa l-ħidma tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom;

(c) 

jappoġġa l-attivitajiet transfruntieri tas-sorveljanza tas-suq kif imsemmija fl-Artikolu 74(11), mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(d) 

jappoġġa lill-Uffiċċju għall-IA fit-twettiq ta' dmirijietu fil-kuntest tal-proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni skont l-Artikolu 81.

Artikolu 68 4.
L-esperti fuq il-bord għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b'imparzjalità u oġġettività, u għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħhom. Huma la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi ħadd meta jeżerċitaw il-kompiti tagħhom skont il-paragrafu 3. Kull espert għandu jfassal dikjarazzjoni tal-interessi, li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. L-Uffiċċju għall-IA għandu jistabbilixxi sistemi u proċeduri biex jimmaniġġa u jipprevjeni b'mod attiv kunflitti ta' interess potenzjali.
Artikolu 68 5.
L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet, il-proċeduri u l-arranġamenti ddettaljati biex il-bord u l-membri tiegħu joħorġu allerti u jitolbu l-assistenza tal-Uffiċċju għall-IA għat-twettiq tal-kompiti tal-bord.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit