+Artikolu 75a Setgħat superviżorji u ta’ infurzar tal-Uffiċċju għall-IA
---+Artikolu 75a 1.
---+Artikolu 75a 2.
---+Artikolu 75a 3.
---+Artikolu 75a 4.
---+Artikolu 75a 5.
---+Artikolu 75a 6.
---+Artikolu 75a 7.
---+Artikolu 75a 8.
|
Artikolu 75a Setgħat superviżorji u ta’ infurzar tal-Uffiċċju għall-IA
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 75a 1.
|
Meta jeżerċita l-kompiti tiegħu tas-superviżjoni u l-infurzar stipulati fl-Artikolu 75(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għall-IA għandu jkollu s-setgħat kollha ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq previsti f’din it-Taqsima u fl-Artikolu 14(4) u fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020. L-Uffiċċju għall-IA għandu jkun awtorizzat jitlob lura kompletament mingħand l-operatur rilevanti t-totalità tal-kostijiet tal-attivitajiet ta’ superviżjoni u infurzar tiegħu fir-rigward ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, inkluż il-kostijiet għar-riżorsi umani u tekniċi, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/1020. L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 75a 2.
|
Meta l-Uffiċċju għall-IA jkollu raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament minn fornitur jew implimentatur ta’ sistema tal-IA msemmija fl-Artikolu 75(1) ta’ dan ir-Regolament, huwa jista’ jadotta deċiżjoni biex jibda investigazzjoni dwar dak in-nuqqas ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 14(4), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2019/1020. Malli jibda tali investigazzjoni, l-Uffiċċju għall-IA għandu jinnotifika lill-operatur tas-sistema tal-IA kkonċernata. L-Uffiċċju għall-IA jista’ jeżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara li jirċievi lment skont l-Artikolu 85 ta’ dan ir-Regolament, anke qabel ma jibda investigazzjoni skont l-Artikolu 14(4), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2019/1020. Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikollha raġuni biex tissuspetta nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament minn fornitur jew implimentatur ta’ sistema tal-IA msemmija fl-Artikolu 75(1), hija tista’ tibgħat talba lill-Uffiċċju għall-IA biex jivvaluta l-kwistjoni.
|
|
Artikolu 75a 3.
|
L-Uffiċċju għall-IA jista’ jeżerċita s-setgħat elenkati fl-Artikolu 14(4), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2019/1020 u fl-Artikolu 74(12) u (13) ta’ dan ir-Regolament b’talba sempliċi jew b’deċiżjoni. Meta jitlob informazzjoni, l-Uffiċċju għall-IA għandu jiddikjara l-bażi ġuridika u l-iskop tat-talba, jispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa, u jistabbilixxi l-perjodu li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni. Meta t-talba tkun talba sempliċi, l-Uffiċċju għall-IA għandu jindika wkoll li għalkemm ma hemm l-ebda obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba, fil-każ ta’ tweġiba volontarja, l-informazzjoni trid tkun korretta u mhux qarrieqa, u jindika l-multi potenzjali previsti fl-Artikolu 99(5) għall-għoti ta’ informazzjoni skorretta jew qarrieqa. Meta t-talba ssir b’deċiżjoni, l-Uffiċċju għall-IA għandu jindika wkoll il-multi previsti fl-Artikolu 99(5) għall-għoti ta’ informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa u jindika d-dritt li jintalab li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-Uffiċċju għall-IA għandu jibgħat kopja tat-talba lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab l-operatur jew ir-rappreżentant legali tiegħu.
|
|
Artikolu 75a 4.
|
Sabiex iwettaq il-kompiti assenjati lilu skont din it-Taqsima, l-Uffiċċju għall-IA jista’ jwettaq l-ispezzjonijiet mill-bogħod jew fuq il-post kollha meħtieġa skont is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE) 2019/1020 u fl-Artikolu 74(5) ta’ dan ir-Regolament. Meta jwettaq spezzjoni, l-Uffiċċju għall-IA għandu jinforma lill-fornitur ikkonċernat dwar is-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-multi rilevanti msemmija fl-Artikolu 99(5) ta’ dan ir-Regolament, u d-dritt li jintalab li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Qabel ma jwettaq spezzjoni, l-Uffiċċju għall-IA għandu jgħarraf lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab l-operatur jew ir-rappreżentant legali tiegħu. Matul tali spezzjoni, l-uffiċjali tal-Uffiċċju għall-IA għandhom jingħataw is-setgħa li:
(a)
jidħlu fi kwalunkwe post tan-negozju, art jew proprjetà tal-operatur ikkonċernat li jkunu jinsabu fl-Unjoni;
(b)
jeżaminaw il-kotba, id-data, u materjal ieħor rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżunin;
(c)
jieħdu jew jiksbu fi kwalunkwe forma kopji ta’ kotba, data u rekords oħra, jew siltiet minnhom;
(d)
jitolbu lil kwalunkwe persuna soġġetta għall-ispezzjoni, jew lir-rappreżentanti jew lill-persunal tagħhom, għal spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub dwar fatturi jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, u jirreġistraw it-tweġibiet;
(e)
jissiġillaw kwalunkwe post tan-negozju u kotba jew rekords għalt-tul ta’ żmien tal-ispezzjoni u sa fejn meħtieġ;
Meta l-Uffiċċju għall-IA jsib li persuna fiżika jew ġuridika topponi jew tfixkel spezzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtih l-assistenza meħtieġa, filwaqt li titlob, meta jkun xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, biex ikun jista’ jwettaq l-ispezzjoni tiegħu fuq il-post. Jekk spezzjoni fuq il-post ta’ post tan-negozju, art jew proprjetà tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Uffiċċju għall-IA għandu japplika għal tali awtorizzazzjoni. L-Uffiċċju għall-IA jista’ japplika wkoll għal dik l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni. Meta ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika minnufih li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li tqis is-suġġett tal-investigazzjoni jew tal-ispezzjoni u d-dokumenti pprovduti mill-Uffiċċju għall-IA mad-deċiżjoni. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-Uffiċċju għall-IA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollu l-Uffiċċju għall-IA biex jissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament u mal-gravità tal-ksur suspettat u, fejn rilevanti, man-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. L-awtorità ġuridika nazzjonali m’għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa li ssir investigazzjoni jew spezzjoni u lanqas ma tista’ titlob informazzjoni mill-fajl tal-każ tal-Uffiċċju għall-IA. F’konformità mat-Trattati, il-legalità tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-IA hija soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 75a 5.
|
Fuq talba tal-Uffiċċju għall-IA, l-awtorità kompetenti tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru tista’ twettaq fit-territorju tagħha stess kwalunkwe investigazzjoni, spezzjoni jew miżura oħra ta’ ġbir ta’ informazzjoni f’isem u għall-kont tal-Uffiċċju għall-IA, sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm ksur ta’ dan ir-Regolament. L-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma responsabbli għat-twettiq ta’ tali investigazzjonijiet, spezzjonijiet, jew miżuri ta’ ġbir ta’ informazzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnhom, għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.
|
|
Artikolu 75a 6.
|
Minbarra s-setgħat stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju għall-IA, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu msemmija fl-Artikolu 75(1), jista:
(a)
jordna lill-operaturi jipprovdu aċċess għas-sistemi tal-IA tagħhom u spjegazzjonijiet dwarhom;
(b)
jimponi obbligu fuq operatur li jżomm id-data u d-dokumenti kollha meqjusa meħtieġa biex jivvaluta l-implimentazzjoni tal-obbligi skont dan ir-Regolament u l-konformità magħhom.
|
|
Artikolu 75a 7.
|
Biex jassistuh fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effettiva u l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u biex jipprovdulu għarfien espert jew għarfien speċifiku fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu skont l-Artikolu 75(1), l-Uffiċċju għall-IA jista’ jaħtar esperti u awdituri esterni indipendenti, kif ukoll esperti, timijiet investigattivi u awdituri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru bil-qbil tal-awtorità kkonċernata. L-informazzjoni miksuba b’riżultat ta’ tali azzjonijiet ta’ monitoraġġ għandha tiġi kondiviża mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri.
|
|
Artikolu 75a 8.
|
L-informazzjoni miġbura skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-fini ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|