|
+Artikolu 75a 4. |
Artikolu 75a 4.Sabiex iwettaq il-kompiti assenjati lilu skont din it-Taqsima, l-Uffiċċju għall-IA jista’ jwettaq l-ispezzjonijiet mill-bogħod jew fuq il-post kollha meħtieġa skont is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE) 2019/1020 u fl-Artikolu 74(5) ta’ dan ir-Regolament. Meta jwettaq spezzjoni, l-Uffiċċju għall-IA għandu jinforma lill-fornitur ikkonċernat dwar is-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-multi rilevanti msemmija fl-Artikolu 99(5) ta’ dan ir-Regolament, u d-dritt li jintalab li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Qabel ma jwettaq spezzjoni, l-Uffiċċju għall-IA għandu jgħarraf lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab l-operatur jew ir-rappreżentant legali tiegħu. Matul tali spezzjoni, l-uffiċjali tal-Uffiċċju għall-IA għandhom jingħataw is-setgħa li:
(a)
jidħlu fi kwalunkwe post tan-negozju, art jew proprjetà tal-operatur ikkonċernat li jkunu jinsabu fl-Unjoni;
(b)
jeżaminaw il-kotba, id-data, u materjal ieħor rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżunin;
(c)
jieħdu jew jiksbu fi kwalunkwe forma kopji ta’ kotba, data u rekords oħra, jew siltiet minnhom;
(d)
jitolbu lil kwalunkwe persuna soġġetta għall-ispezzjoni, jew lir-rappreżentanti jew lill-persunal tagħhom, għal spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub dwar fatturi jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, u jirreġistraw it-tweġibiet;
(e)
jissiġillaw kwalunkwe post tan-negozju u kotba jew rekords għalt-tul ta’ żmien tal-ispezzjoni u sa fejn meħtieġ; Meta l-Uffiċċju għall-IA jsib li persuna fiżika jew ġuridika topponi jew tfixkel spezzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtih l-assistenza meħtieġa, filwaqt li titlob, meta jkun xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, biex ikun jista’ jwettaq l-ispezzjoni tiegħu fuq il-post. Jekk spezzjoni fuq il-post ta’ post tan-negozju, art jew proprjetà tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Uffiċċju għall-IA għandu japplika għal tali awtorizzazzjoni. L-Uffiċċju għall-IA jista’ japplika wkoll għal dik l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni. Meta ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika minnufih li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li tqis is-suġġett tal-investigazzjoni jew tal-ispezzjoni u d-dokumenti pprovduti mill-Uffiċċju għall-IA mad-deċiżjoni. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-Uffiċċju għall-IA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollu l-Uffiċċju għall-IA biex jissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament u mal-gravità tal-ksur suspettat u, fejn rilevanti, man-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. L-awtorità ġuridika nazzjonali m’għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa li ssir investigazzjoni jew spezzjoni u lanqas ma tista’ titlob informazzjoni mill-fajl tal-każ tal-Uffiċċju għall-IA. F’konformità mat-Trattati, il-legalità tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-IA hija soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|