+Artikolu 75b Impenji

Artikolu 75b Impenji

Artikolu 75b

Impenji

Jekk, waqt il-proċedimenti skont l-Artikolu 75a(2), l-operatur ikkonċernat joffri impenji biex jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għall-IA jista’, b’deċiżjoni, jagħmel dawk l-impenji vinkolanti fuq l-operatur ikkonċernat u jiddikjara li ma hemm ebda raġuni oħra għal azzjoni. Meta jintalab jew b’inizjattiva tiegħu stess, l-Uffiċċju għall-IA jista’ jiftaħ mill-ġdid il-proċedimenti meta:

(a) 

tkun saret bidla materjali f’xi wieħed mill-fatti li fuqhom tkun issejset id-deċiżjoni;

(b) 

l-operatur jaġixxi kontra l-impenji tiegħu; jew

(c) 

id-deċiżjoni kienet issejset fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa pprovduta mill-operatur kkonċernat.

Meta l-Uffiċċju għall-IA jqis li l-impenji offruti mill-operatur ikkonċernat ma jistgħux jiżguraw konformità effettiva mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jirrifjuta dawk l-impenji f’deċiżjoni motivata fil-mument meta jikkonkludi l-proċedimenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit