Artikolu 94
Drittijiet proċedurali tal-operaturi ekonomiċi tal-mudell tal-IA bi skop ġenerali
L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika mutatis mutandis għall-fornituri tal-mudell tal-IA bi skop ġenerali mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali aktar speċifiċi previsti f'dan ir-Regolament.