+Artikolu 89 Azzjonijiet ta' monitoraġġ
---+Artikolu 89 1.
---+Artikolu 89 2.
|
Artikolu 89 Azzjonijiet ta' monitoraġġ
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 89 1.
|
Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti assenjati lilu taħt din it-Taqsima, l-Uffiċċju għall-IA jista' jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jimmonitorja l-implimentazzjoni effettiva u l-konformità ma' dan ir-Regolament mill-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali, inkluż l-aderenza tagħhom mal-kodiċijiet ta' prattika approvati.
|
|
Artikolu 89 2.
|
Il-fornituri downstream għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment li fih jallegaw ksur ta' dan ir-Regolament. Ilment għandu jkun debitament motivat u jindika mill-inqas:
(a)
il-punt ta' kuntatt tal-fornitur tal-mudell tal-IA bi skop ġenerali kkonċernat;
(b)
deskrizzjoni tal-fatti rilevanti, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikkonċernati u r-raġuni għaliex il-fornitur downstream iqis li l-fornitur tal-mudell tal-IA bi skop ġenerali kkonċernat ikun kiser dan ir-Regolament;
(c)
kwalunkwe informazzjoni oħra li l-fornitur downstream li jkun bagħat it-talba jqis bħala rilevanti, inkluż, fejn xieraq, informazzjoni miġbura fuq l-inizjattiva tiegħu stess.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|