+ANNESS XIII Kriterji għad-deżinjazzjoni ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali b'riskju sistemiku msemmija fl-Artikolu 51

ANNESS XIII Kriterji għad-deżinjazzjoni ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali b'riskju sistemiku msemmija fl-Artikolu 51




ANNESS XIII

Kriterji għad-deżinjazzjoni ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali b'riskju sistemiku msemmija fl-Artikolu 51

Bl-għan li jiġi ddeterminat li mudell tal-IA bi skop ġenerali jkollu kapaċitajiet jew impatt ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 51(1), il-punt (a), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

in-numru ta' parametri tal-mudell;

(b) 

il-kwalità jew id-daqs tas-sett tad-data, pereżempju mkejla permezz ta' tokens;

(c) 

l-ammont ta' komputazzjoni użata biex jitħarreġ il-mudell, imkejjel f'operazzjonijiet b'punt varjabbli jew indikat b'taħlita ta' varjabbli oħra bħall-kost stmat tat-taħriġ, il-ħin stmat meħtieġ għat-taħriġ, jew il-konsum tal-enerġija stmat għat-taħriġ;

(d) 

il-modalitajiet tal-input u tal-output tal-mudell, bħal test għal test (mudelli lingwistiċi kbar), test għal immaġni, il-multimodalità, u l-limiti tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku biex jiġu ddeterminati l-kapaċitajiet b'impatt kbir għal kull modalità, u t-tip speċifiku ta' inputs u outputs (eż. sekwenzi bijoloġiċi);

(e) 

il-parametri referenzjarji u l-evalwazzjonijiet tal-kapaċitajiet tal-mudell, inkluż billi jitqies in-numru ta' kompiti mingħajr taħriġ addizzjonali, l-adattabbiltà biex jitgħallem kompiti ġodda u distinti, il-livell ta' awtonomija u l-iskalabbiltà tiegħu, l-għodod li għandu aċċess għalihom;

(f) 

jekk ikollux impatt kbir fuq is-suq intern minħabba kemm jilħaq nies, li għandu jkun preżunt meta jkun sar disponibbli għal mill-inqas 10 000 utent kummerċjali rreġistrat stabbilit fl-Unjoni;

(g) 

in-numru ta' utenti finali rreġistrati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta