+ANNESS XIV

ANNESS XIV




ANNESS XIV

Il-lista ta’ kodiċijiet, ta’ kategoriji u ta’ tipi korrispondenti tas-sistemi tal-IA għall-fini tal-proċedura ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 30 li tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tad-deżinjazzjoni bħala korpi notifikati

1.    Introduzzjoni

Il-valutazzjoni tal-konformità tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli skont dan ir-Regolament jaf tkun teħtieġ l-involviment ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjonijiet tal-konformità jistgħu jwettquhom biss il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ġew iddeżinjati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u jistgħu jwettquhom biss għall-attivitajiet relatati mat-tipi tas-sistemi tal-IA kkonċernati. Il-lista ta’ kodiċijiet, ta’ kategoriji, u ta’ tipi korrispondenti tas-sistemi tal-IA tistabbilixxi l-ambitu tad-deżinjazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati skont l-Artikolu 30.

2.    Lista ta’ kodiċijiet, ta’ kategoriji, u ta’ tipi korrispondenti tas-sistemi tal-IA

a.    Sistemi tal-IA soġġetti għall-Anness I



Kodiċi AIA

 

AIP 0102

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0103

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0104

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0105

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 5 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0106

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0107

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 7 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0108

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 8 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0109

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 9 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0110

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 10 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0111

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 11 tat-Taqsima A tal-Anness I

AIP 0112

Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 12 tat-Taqsima A tal-Anness I

b.    Sistemi tal-IA soġġetti għall-punt 1 tal-Anness III



Kodiċi AIA

 

AIB 0201

Sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota

AIB 0202

Sistemi tal-IA ta’ kategorizzazzjoni bijometrika

AIB 0203

Sistemi tal-IA ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet

3.    Kodiċijiet speċifiċi għat-teknoloġiji tal-IA

a.    IA simbolika u sistemi esperti



Kodiċi AIA

 

AIH 0101

Sistemi tal-IA bbażati fuq IA simbolika, sistemi esperti u bbażati fuq l-għarfien, u sistemi tal-IA bbażati fuq it-tiftix u l-ottimizzazzjoni

b.    It-tagħlim awtomatiku, minbarra l-IA ġenerattiva u sistema tal-IA bi skop ġenerali



Kodiċi AIA

 

AIH 0201

Sistemi tal-IA li jipproċessaw data strutturata

AIH 0202

Sistemi tal-IA li jipproċessaw data tas-sinjali u tal-awdjo

AIH 0203

Sistemi tal-IA li jipproċessaw data tat-test

AIH 0204

Sistemi tal-IA li jipproċessaw immaġni u video

AIH 0205

Sistemi tal-IA li jitgħallmu mill-ambjent tagħhom, għajr is-sistemi tal-IA koperti mill-kodiċi AIH 0401

c.    Sistemi tal-IA bbażati fuq il-mudelli tal-IA bi skop ġenerali jew l-IA ġenerattiva



Kodiċi AIA

 

AIH 0301

Sistemi tal-IA ġenerattiva, inklużi sistemi tal-IA bbażati fuq mudelli tal-IA bi skop ġenerali (GPAI)

d.    Teknoloġiji tal-IA emerġenti



Kodiċi AIA

 

AIH 0401

Sistemi tal-IA bbażati fuq teknoloġiji emerġenti oħra tal-IA mhux koperti minn kodiċijiet oħra, inkluża l-IA agentika

4.    Applikazzjoni għad-deżinjazzjoni

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jużaw il-listi ta’ kodiċijiet, ta’ kategoriji u ta’ tipi korrispondenti tas-sistemi tal-IA stipulati f’dan l-Anness meta jispeċifikaw it-tipi tas-sistemi tal-IA fl-applikazzjoni għad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 29.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta