+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 2 6.
---+Artikolu 2 7.
---+Artikolu 2 8.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Dan ir-Regolament japplika għal prodotti b’elementi diġitali mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-suq, li l-iskop maħsub jew l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom jinkludi konnessjoni diretta jew indiretta ta’ data loġika jew fiżika ma’ apparat jew ma’ network.
Artikolu 2 2.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal prodotti b’elementi diġitali li għalihom japplikaw l-atti ġuridiċi tal-Unjoni li ġejjin:

(a) 

ir-Regolament (UE) 2017/745;

(b) 

ir-Regolament (UE) 2017/746;

(c) 

ir-Regolament (UE) 2019/2144.

Artikolu 2 3.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal prodotti b’elementi diġitali li jkunu ġew iċċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139.
Artikolu 2 4.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal tagħmir li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
Artikolu 2 5.

L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal prodotti b’elementi diġitali koperti minn regoli oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti li jindirizzaw ir-riskji kollha jew uħud minnhom koperti mir-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I tista’ tkun limitata jew eskluża, fejn:

(a) 

tali limitazzjoni jew esklużjoni tkun konsistenti mal-qafas regolatorju ġenerali li japplika għal dawk il-prodotti; u

(b) 

ir-regoli settorjali jiksbu l-istess livell ta’ protezzjoni bħal dak previst minn dan ir-Regolament jew livell ogħla.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 61 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika jekk tali limitazzjoni jew esklużjoni hijiex meħtieġa, il-prodotti u r-regoli kkonċernati, kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-limitazzjoni, jekk rilevanti.

Artikolu 2 6.
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ispare parts li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq biex jissostitwixxu komponenti identiċi fi prodotti b’elementi diġitali u li huma manifatturati skont l-istess speċifikazzjonijiet bħall-komponenti li huma maħsuba li jissostitwixxu.
Artikolu 2 7.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal prodotti b’elementi diġitali żviluppati jew modifikati esklużivament għal finijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew ta’ difiża jew għal prodotti mfassla speċifikament biex jipproċessaw informazzjoni klassifikata.
Artikolu 2 8.
L-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx jinvolvu l-forniment ta’ informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tmur kontra l-interessi essenzjali tal-Istati Membri fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit