+Artikolu 4 Moviment liberu
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.

Artikolu 4 Moviment liberu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu, għall-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti b’elementi diġitali li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4 2.
F’fieri kummerċjali, wirjiet, dimostrazzjonijiet jew avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-preżentazzjoni jew l-użu ta’ prodott b’elementi diġitali li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, inklużi l-prototipi tiegħu, dment li l-prodott ikun ippreżentat b’sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament u li ma għandux jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq sakemm jagħmel dan.
Artikolu 4 3.
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ software mhux lest li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament dment li s-software isir disponibbli biss għal perjodu limitat meħtieġ għal skopijiet ta’ ttestjar b’sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament u li mhux ser ikun disponibbli fis-suq għal skopijiet oħra għajr l-ittestjar.
Artikolu 4 4.
Il-paragrafu 3 ma japplikax għall-komponenti tas-sikurezza kif imsemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni għajr dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit