+Artikolu 8 Prodotti kritiċi b’elementi diġitali
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.

Artikolu 8 Prodotti kritiċi b’elementi diġitali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 61 biex tissupplimenta dan ir-Regolament biex tiddetermina liema prodotti b’elementi diġitali li għandhom il-funzjonalità ewlenija ta’ kategorija ta’ prodotti li hija stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu meħtieġa jiksbu ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà fil-livell ta’ assigurazzjoni mill-anqas “sostanzjali” fil-qafas ta’ skema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont ir-Regolament (UE) 2019/881, biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew partijiet minnu, dment li tkun ġiet adottata skema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tkopri dawk il-kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali skont ir-Regolament (UE) 2019/881 u tkun disponibbli għall-manifatturi. Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw il-livell ta’ assigurazzjoni meħtieġ li għandu jkun proporzjonat għal-livell ta’ riskju għaċ-ċibersigurtà assoċjat mal-prodotti b’elementi diġitali u għandhom iqisu l-iskop maħsub tagħhom, inkluż id-dipendenza kritika fuqhom mill-entitajiet essenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

Qabel ma tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt potenzjali fuq is-suq tal-miżuri previsti u għandha twettaq konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż il-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2019/881. Il-valutazzjoni għandha tqis l-istat ta’ tħejjija u l-livell ta’ kapaċità tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà rilevanti. Meta ma jkun ġie adottat l-ebda att delegat kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-prodotti b’elementi diġitali li għandhom il-funzjonalità ewlenija ta’ kategorija ta’ prodotti kif stabbilita fl-Anness IV għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 32(3).

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprevedu perjodu ta’ tranżizzjoni minimu ta’ sitt xhur, sakemm ma jkunx ġustifikat perjodu ta’ tranżizzjoni iqsar għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

Artikolu 8 2.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 61 biex temenda l-Anness IV billi żżid jew tirtira kategoriji ta’ prodotti kritiċi b’elementi diġitali. Meta tiddetermina tali kategoriji ta’ prodotti kritiċi b’elementi diġitali u l-livell ta’ assigurazzjoni meħtieġ, f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji msemmija fl-Artikolu 7(2) u tiżgura li l-kategoriji tal-prodotti b’elementi diġitali jissodisfaw mill-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

ikun hemm dipendenza kritika tal-entitajiet essenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 dwar il-kategorija ta’ prodotti b’elementi diġitali;

(b) 

l-inċidenti u l-vulnerabbiltajiet sfruttati li jikkonċernaw il-kategorija ta’ prodotti b’elementi diġitali jistgħu jwasslu għal tfixkil serju fil-ktajjen tal-provvista kritiċi fis-suq intern kollu.

Qabel ma tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1.

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprevedu perjodu ta’ tranżizzjoni minimu ta’ sitt xhur, sakemm ma jkunx ġustifikat perjodu ta’ tranżizzjoni iqsar għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit