Artikolu 8 1.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 61 biex tissupplimenta dan ir-Regolament biex tiddetermina liema prodotti b’elementi diġitali li għandhom il-funzjonalità ewlenija ta’ kategorija ta’ prodotti li hija stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu meħtieġa jiksbu ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà fil-livell ta’ assigurazzjoni mill-anqas “sostanzjali” fil-qafas ta’ skema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont ir-Regolament (UE) 2019/881, biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew partijiet minnu, dment li tkun ġiet adottata skema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tkopri dawk il-kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali skont ir-Regolament (UE) 2019/881 u tkun disponibbli għall-manifatturi. Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw il-livell ta’ assigurazzjoni meħtieġ li għandu jkun proporzjonat għal-livell ta’ riskju għaċ-ċibersigurtà assoċjat mal-prodotti b’elementi diġitali u għandhom iqisu l-iskop maħsub tagħhom, inkluż id-dipendenza kritika fuqhom mill-entitajiet essenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Qabel ma tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt potenzjali fuq is-suq tal-miżuri previsti u għandha twettaq konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż il-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2019/881. Il-valutazzjoni għandha tqis l-istat ta’ tħejjija u l-livell ta’ kapaċità tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà rilevanti. Meta ma jkun ġie adottat l-ebda att delegat kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-prodotti b’elementi diġitali li għandhom il-funzjonalità ewlenija ta’ kategorija ta’ prodotti kif stabbilita fl-Anness IV għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 32(3). L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprevedu perjodu ta’ tranżizzjoni minimu ta’ sitt xhur, sakemm ma jkunx ġustifikat perjodu ta’ tranżizzjoni iqsar għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|