+Artikolu 28 Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha titfassal mill-manifatturi f’konformità mal-Artikolu 13(12) u tiddikjara li l-issodisfar tar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà applikabbli stabbiliti fl-Anness I ikun intwera.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness V u għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fil-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità rilevanti stabbiliti fl-Anness VIII. Tali dikjarazzjoni għandha tiġi aġġornata kif ikun xieraq. Din għandha ssir disponibbli bil-lingwa jew bil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn il-prodott b’elementi diġitali jiġi introdott fis-suq jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq. Id-dikjarazzjoni simplifikata ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 13(20) għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness VI. Din għandha ssir disponibbli bil-lingwa jew bil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn il-prodott b’elementi diġitali jiġi introdott fis-suq jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Meta prodott b’elementi diġitali jkun soġġett għal aktar minn att legali wieħed tal-Unjoni li jeżiġi dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE waħda fir-rigward ta’ dawn l-atti legali kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-identifikazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni kkonċernati, inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 28 4.
|
Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott b’elementi diġitali.
|
|
Artikolu 28 5.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 61 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi żżid elementi mal-kontenut minimu tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE stabbilita fl-Anness V bil-għan li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|