+Artikolu 46 Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi notifikati
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
|
Artikolu 46 Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi notifikati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew fejn issir taf b’dubju rigward il-kompetenza ta’ korp notifikat li jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun soġġett jew dwar jekk korp notifikat ikunx għadu jissodisfa tali rekwiżiti u responsabbiltajiet.
|
|
Artikolu 46 2.
|
L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, l-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew mal-manteniment tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.
|
|
Artikolu 46 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.
|
|
Artikolu 46 4.
|
Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew li ma għadux jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, hija għandha tgħarraf b’dan lill-Istat Membru notifikanti u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluża d-denotifikazzjoni, jekk ikun meħtieġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|