|
+ANNESS V DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE |
ANNESS V DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE
ANNESS V DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 28 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:
1.
L-isem u t-tip u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni unika tal-prodott b’elementi diġitali
2.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu
3.
Stqarrija li d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE qed tinħareġ bir-responsabbiltà unika tal-fornitur
4.
L-għan tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-prodott b’elementi diġitali li tippermetti t-traċċabbiltà, li tista’ tinkludi ritratt, fejn ikun xieraq)
5.
Stqarrija li l-għan tad-dikjarazzjoni deskritta hawn fuq huwa konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni
6.
Referenzi għal kwalunkwe standard armonizzat rilevanti użat jew għal kwalunkwe speċifikazzjoni komuni jew ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà oħra li fir-rigward tagħhom tiġi ddikjarata l-konformità
7.
Fejn ikun applikabbli, l-isem u n-numru tal-korp notifikat, deskrizzjoni tal-proċedura tal-valutazzjoni ta’ konformità mwettqa u identifikazzjoni taċ-ċertifikat maħruġ
8.
Informazzjoni addizzjonali: Iffirmat għal u f’isem: (post u data tal-ħruġ): (isem, funzjoni) (firma): 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
|