Artikolu 84
Mingħajr preġudizzju għall-iskambju u l-użu tal-informazzjoni msemmija f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni, il-Bord, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-uffiċjali, l-impjegati rispettivi tagħhom u persuni oħra li jaħdmu taħt is-superviżjoni tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra involuta, inkluż awdituri u esperti maħtura skont l-Artikolu 72(2), ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni miksuba jew skambjata minnhom fl-ambitu ta' dan ir-Regolament u tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali.