+Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni dwar pagaturi u prendituri li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi, fi kwalunkwe munita, u dwar l-informazzjoni dwar oriġinaturi u benefiċjarji li takkumpanja t-trasferimenti ta’ kriptoassi, għall-finijiet tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, fejn tal-inqas wieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi involuti fit-trasferiment ta’ fondi jew fit-trasferiment tal-kriptoassi jkun stabbilit jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu, kif applikabbli, fl-Unjoni. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar politiki, proċeduri u kontrolli interni biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi fejn mill-inqas wieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi involuti fit-trasferiment ta’ fondi jew fit-trasferiment ta’ kriptoassi jkun stabbilit jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu, kif applikabbli, fl-Unjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit