+COMMISSION IMPLEMENTING REGULATION (EU) 2024/2956 of 29 November 2024 laying down implementing technical standards for the application of Regulation (EU) 2022/2554 of the European Parliament and of the Council with regard to standard templates for the register of information (Text with EEA relevance)
---+Artikolu 1 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 Klassifikazzjoni tal-fornituri terzi tal-ICT fil-katina tal-provvista
---+Artikolu 3 Rekwiżiti ġenerali għall-mudelli tar-reġistru tal-informazzjoni
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
------+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 4 Rekwiżit tal-format tad-data
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 5 Kontenut tar-reġistru tal-informazzjoni
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 6 Kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru ta’ informazzjoni fil-livell subkonsolidat u konsolidat
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I Struzzjonijiet għall-mili tar-reġistru tal-informazzjoni
---+ANNESS II Lista ta’ attivitajiet skont it-tip ta’ entità
---+ANNESS III Tip ta’ servizzi tal-ICT
---+ANNESS IV Struzzjoni għar- rapportar tal- “valur tal-assi totali”
English - European Union -

COMMISSION IMPLEMENTING REGULATION (EU) 2024/2956 of 29 November 2024 laying down implementing technical standards for the application of Regulation (EU) 2022/2554 of the European Parliament and of the Council with regard to standard templates for the register of information (Text with EEA relevance)

COMMISSION IMPLEMENTING REGULATION (EU) 2024/2956

of 29 November 2024

laying down implementing technical standards for the application of Regulation (EU) 2022/2554 of the European Parliament and of the Council with regard to standard templates for the register of information

(Text with EEA relevance)

This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Definizzjonijiet

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT” tfisser fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT li ffirma arranġament kuntrattwali ma’:

(a) 

entità finanzjarja biex jipprovdi s-servizzi tal-ICT tiegħu direttament lil dik l-entità finanzjarja;

(b) 

entità finanzjarja jew mhux finanzjarja biex jipprovdi s-servizzi tiegħu lil entitajiet finanzjarji oħra fl-istess grupp;

2. 

“katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT” tfisser sekwenza ta’ arranġamenti kuntrattwali konnessi mas-servizz tal-ICT li jkun qiegħed jiġi pprovdut mill-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT lill-entità finanzjarja, li tibda mill-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT li jkollu fornitur terz ieħor ta’ servizzi tal-ICT jew aktar minn wieħed bħala kontropartijiet (sottokuntratturi);

3. 

“klassifikazzjoni” tfisser il-pożizzjoni ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fil-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT.

Artikolu 2 Klassifikazzjoni tal-fornituri terzi tal-ICT fil-katina tal-provvista

Artikolu 2

Klassifikazzjoni tal-fornituri terzi tal-ICT fil-katina tal-provvista

L-entitajiet finanzjarji għandhom jassenjaw klassifikazzjoni lil kull fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT. Il-klassifikazzjoni għandha tkun kwalunkwe numru naturali minn “1” ’il fuq, fejn aktar ma jkun baxx in-numru naturali assenjat lill-klassifikazzjoni, aktar l-arranġament ikun qrib l-entità finanzjarja.

Il-klassifikazzjoni tal-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT fil-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT għandha dejjem tkun “1”.

Il-klassifikazzjoni tas-sottokuntrattur fil-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT għandha dejjem tkun ogħla minn “1”.

Artikolu 3 Rekwiżiti ġenerali għall-mudelli tar-reġistru tal-informazzjoni -
Artikolu 4 Rekwiżit tal-format tad-data -
Artikolu 5 Kontenut tar-reġistru tal-informazzjoni -
Artikolu 6 Kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru ta’ informazzjoni fil-livell subkonsolidat u konsolidat -
Artikolu 7 Dħul fis-seħħ

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS I Struzzjonijiet għall-mili tar-reġistru tal-informazzjoni




ANNESS I

Struzzjonijiet għall-mili tar-reġistru tal-informazzjoni

PARTI 1

ISTRUZZJONIJIET ĠENERALI

L-entitajiet finanzjarji, filwaqt li jżommu u jaġġornaw ir-reġistru tal-informazzjoni fil-livell tal-entità, subkonsolidat u konsolidat, għandhom jimlew il-mudelli tar-reġistru tal-informazzjoni bid-data billi jużaw il-formati stabbiliti fl-istruzzjonijiet fil-Parti 2.

Il-Parti 2 tistabbilixxi l-istruzzjonijiet li għandhom jiġu segwiti mill-entitajiet finanzjarji biex jimlew kull kolonna ta’ kull mudell. Meta jimlew l-informazzjoni ta’ ċerti kolonni, l-entitajiet finanzjarji għandhom jirreferu għall-Annessi II, III u IV jew għal sorsi esterni oħra. F’każijiet bħal dawn, ir-referenza għall-Annessi rilevanti jew sorsi esterni hija indikata fl-istruzzjonijiet.

Lista tal-mudelli



Kodiċi tal-Mudell

Isem il-Mudell

Deskrizzjoni fil-Qosor

B_01.01

Entità li żżomm ir-reġistru tal-informazzjoni

Dan il-mudell jidentifika l-entità li żżomm u taġġorna r-reġistru tal-informazzjoni fil-livell tal-entità, subkonsolidat u konsolidat, rispettivament.

B_01.02

Lista ta’ entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni

Dan il-mudell jidentifika l-entitajiet kollha li jappartjenu għall-grupp. Meta l-entità finanzjarja responsabbli għaż-żamma u l-aġġornament tar-reġistru tal-informazzjoni ma tkunx tappartjeni għal grupp, dik l-entità finanzjarja biss għandha tiġi rrapportata f’dan il-mudell.

B_01.03

Lista ta’ fergħat

Dan il-mudell jidentifika l-fergħat tal-entitajiet finanzjarji msemmija fil-mudell B_01.02.

B_02.01

Arranġamenti kuntrattwali — informazzjoni ġenerali

Dan il-mudell jelenka l-arranġamenti kuntrattwali kollha ma’ fornituri terzi diretti ta’ servizzi tal-ICT.

Għal kull arranġament kuntrattwali ma’ fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT, l-entità finanzjarja li żżomm ir-reġistru tal-informazzjoni għandha tassenja “numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali” uniku biex tidentifika mingħajr ambigwità l-arranġament kuntrattwali nnifsu.

B_02.02

Arranġamenti kuntrattwali — informazzjoni speċifika

Dan il-mudell jipprovdi dettalji fir-rigward ta’ kull arranġament kuntrattwali elenkat fil-mudell B_02.01 fir-rigward ta’:

(a)  is-servizzi tal-ICT inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-arranġament kuntrattwali;

(b)  il-funzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji appoġġjati minn dawk is-servizzi tal-ICT;

(c)  informazzjoni importanti oħra fir-rigward tas-servizzi speċifiċi tal-ICT ipprovduti (eż. il-perjodu ta’ avviż, il-liġi li tirregola l-arranġament, eċċ.).

B_02.03

Lista ta’ arranġamenti kuntrattwali intragrupp

Dan il-mudell jidentifika r-rabtiet bejn l-arranġamenti kuntrattwali intragrupp u l-arranġamenti kuntrattwali ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li mhumiex parti mill-grupp bl-użu tan-numri ta’ referenza kuntrattwali meta jkunu parti mill-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT.

B_03.01

Entitajiet li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali biex jirċievu servizz(i) tal-ICT jew f’isem l-entitajiet li jagħmlu użu mis-servizz(i) tal-ICT

Dan il-mudell jipprovdi informazzjoni dwar l-entità li tiffirma l-arranġamenti kuntrattwali mal-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT għall-entità li tagħmel użu mis-servizzi tal-ICT.

Meta r-reġistru tal-informazzjoni jinżamm u jiġi aġġornat fil-livell tal-entità, l-entità li tiffirma l-arranġament kuntrattwali u l-entità li tagħmel użu mis-servizzi tal-ICT tkun l-entità finanzjarja li żżomm u taġġorna r-reġistru tal-informazzjoni.

Fil-kuntest tas-subkonsolidazzjoni u l-konsolidazzjoni, l-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizzi tal-ICT ipprovduti mhijiex neċessarjament l-entità li tiffirma l-arranġament kuntrattwali mal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

B_03.02

Fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali għall-forniment ta’ servizz(i) tal-ICT

Dan il-mudell jidentifika l-fornituri terzi kollha ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fil-mudell B_05.01 li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali msemmija fil-mudell B_02.01 għall-forniment tas-servizzi tal-ICT.

B_03.03

Entitajiet li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali għall-forniment ta’ servizz(i) tal-ICT lil entitajiet oħra fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni

Dan il-mudell jidentifika l-entitajiet kollha msemmija fil-mudell B_01.02 li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali msemmija fil-mudell B_02.01 għall-forniment tas-servizzi tal-ICT lil entitajiet oħra fil-konsolidazzjoni.

B_04.01

Entitajiet li jagħmlu użu mis-servizzi tal-ICT

Dan il-mudell jidentifika l-entitajiet kollha li jagħmlu użu mis-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u rreġistrati fir-reġistru tal-informazzjoni.

L-entitajiet li jagħmlu użu mis-servizzi tal-ICT għandhom ikunu jew l-entitajiet finanzjarji fl-ambitu, jew il-fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT.

Meta r-reġistru tal-informazzjoni jinżamm u jiġi aġġornat fil-livell tal-entità, l-entità li tiffirma l-arranġament kuntrattwali u l-entità li tagħmel użu mis-servizzi tal-ICT huma l-entità finanzjarja li żżomm ir-reġistru.

B_05.01

Fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT

Dan il-mudell jelenka u jipprovdi informazzjoni ġenerali biex jiġu identifikati:

(a)  il-fornituri terzi diretti ta’ servizzi tal-ICT;

(b)  il-fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT;

(c)  is-sottokuntratturi kollha inklużi fil-mudell B_05.02 dwar il-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT;

(d)  l-impriża prinċipali aħħarija tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT elenkati fil-punti (a), (b) u (c).

B_05.02

Katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT

Dan il-mudell jidentifika u jgħaqqad il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li huma parti mill-istess katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw u jikklassifikaw il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT għal kull servizz tal-ICT inkluż f’kull arranġament kuntrattwali.

Pereżempju: entità finanzjarja jkollha arranġament kuntrattwali ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT (“fornitur terz X ta’ servizzi tal-ICT”) biex tirċievi 2 servizzi speċifiċi tal-ICT (“servizz tal-ICT A” u “servizz tal-ICT B”) u l-fornitur ta’ servizzi jagħmel użu minn sottokuntrattur (“fornitur terz Y ta’ servizzi tal-ICT”) biex jipprovdi wieħed minn dawk is-servizzi (“servizz tal-ICT B”).

— Fir-rigward tas-servizz tal-ICT A, il-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT hija magħmula minn fornitur terz wieħed ta’ servizzi tal-ICT, fornitur terz X ta’ servizzi tal-ICT, li se jiġi kklassifikat bħala n-numru 1 fil-mudell. Il-fornitur terz X ta’ servizzi tal-ICT huwa l-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT.

— Fir-rigward tas-servizz tal-ICT B, il-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT hija magħmula minn żewġ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT:

— 

(a)  fornitur terz X ta’ servizzi tal-ICT, li se jiġi kklassifikat bħala n-numru 1 fil-mudell. Il-fornitur terz X ta’ servizzi tal-ICT huwa l-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT.

(b)  fornitur terz Y ta’ servizzi tal-ICT, li se jiġi kklassifikat bħala n-numru 2 fil-mudell. Il-fornitur terz Y ta’ servizzi tal-ICT huwa sottokuntrattur.

— Il-fornituri terzi kollha ta’ servizzi tal-ICT li jappartjenu għall-istess katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT għandhom l-istess “numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali” kif imsemmi fil-mudell B_02.01 u l-istess tip ta’ servizzi tal-ICT

B_06.01

Identifikazzjoni tal-funzjonijiet

Dan il-mudell jidentifika u jipprovdi informazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizzi tal-ICT.

Fl-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dan il-mudell, l-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu identifikatur uniku, l-“identifikatur funzjonali” għal kull kombinament ta’ LEI, attività liċenzjata u funzjoni ta’ entità finanzjarja.

Pereżempju: entità finanzjarja (LEI: 21USLEIC20231109J3Z8) li topera taħt żewġ attivitajiet liċenzjati (“attività A” u “attività B”) se jingħataw żewġ “identifikaturi tal-funzjoni” uniċi għall-istess funzjoni X (eż. bejgħ) imwettqa għall-attività A u l-attività B, rispettivament. L-identifikatur funzjonali se jkun:

F1 għall-kombinament ta’ “21USLEIC20231109J3Z8”“Attività A” u “Funzjoni X”

F2 għall-kombinament ta’ “21USLEIC20231109J3Z8”“Attività B” u “Funzjoni X”

B_07.01

Valutazzjonijiet tas-servizzi tal-ICT

Dan il-mudell jkopri informazzjoni relatata mal-valutazzjoni tar-riskju tas-servizzi tal-ICT (eż. sostitwibbiltà, data tal-aħħar awditu, eċċ.) meta dawk is-servizzi tal-ICT ikunu qed jappoġġjaw funzjoni kritika jew importanti jew parti materjali minnha.

B_99.01

Definizzjonijiet minn entitajiet li jagħmlu użu mis-Servizzi tal-ICT

Dan il-mudell jkopri l-ispjegazzjonijiet interni tal-entità, it-tifsiriet, u d-definizzjonijiet tas-sett magħluq ta’ indikaturi użati mill-entità finanzjarja fir-reġistru tal-informazzjoni.

Eżempju: Fil-formola B_07.01, l-entità finanzjarja għandha tipprovdi indikazzjoni tal-impatt tal-waqfien tas-servizzi tal-ICT billi tuża sett magħluq ta’ għażliet (medju, baxx, għoli). Fil-formola B_99.01, l-entità finanzjarja għandha tispeċifika t-tifsira ta’ dawk l-għażliet.

PARTI 2

STRUZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-MUDELLI

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_01.01 — Entità finanzjarja li żżomm ir-reġistru tal-informazzjoni

Identifika l-entità finanzjarja li żżomm u taġġorna r-reġistru tal-informazzjoni.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_01.01.0010

LEI tal-entità finanzjarja li żżomm ir-reġistru tal-informazzjoni

Alfanumeriku

Identifika l-entità finanzjarja li żżomm u taġġorna r-reġistru tal-informazzjoni bl-użu tal-kodiċi LEI, ta’ 20 karattru, alfanumeriku bbażat fuq l-istandard ISO 17442

Obbligatorju

B_01.01.0020

Isem l-entità finanzjarja

Alfanumeriku

L-isem ġuridiku tal-entità finanzjarja li żżomm u taġġorna r-reġistru tal-informazzjoni

Obbligatorju

B_01.01.0030

Pajjiż tal-entità finanzjarja

Pajjiż

Identifika l-kodiċi ISO 3166–1 alpha–2 tal-pajjiż fejn inħarġet il-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni tal-entità rrapportata fir-reġistru tal-informazzjoni.

Obbligatorju

B_01.01.0040

Tip ta’ entità finanzjarja

Sett magħluq ta’ għażliet

Identifika t-tip ta’ entità finanzjarja billi tuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1.  istituzzjonijiet ta’ kreditu;

2.  istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

3.  fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

4.  istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inklużi istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

5.  ditti tal-investiment;

6.  fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

7.  emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2023/1114;

8.  depożitorji ċentrali tat-titoli;

9.  kontropartijiet ċentrali;

10.  ċentri ta’ negozjar;

11.  repożitorji tat-tranżazzjonijiet;

12.  maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi;

13.  kumpaniji maniġerjali;

14.  fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data;

15.  impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

16.  intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari;

17.  istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali;

18.  aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;

19.  amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika;

20.  fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

21.  repożitorji tat-titolizzazzjoni.

22.  entità finanzjarja oħra;

Meta r-reġistru tal-informazzjoni jinżamm fil-livell tal-grupp mill-impriża prinċipali, li ma tkunx hija stess soġġetta għall-obbligu li żżomm tali reġistru, jiġifieri ma taqax taħt id-definizzjoni ta’ entitajiet finanzjarji stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2022/2554 (eż. kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jew kumpanija azzjonarja b’attività mħallta) għandha tintgħażel l-għażla “Entità finanzjarja oħra”.

Obbligatorju

B_01.01.0050

Awtorità kompetenti

Alfanumeriku

Identifika l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2022/2554 li lilha jiġi rrapportat ir-reġistru tal-informazzjoni.

Obbligatorju fil-każ ta’ rapportar

B_01.01.0060

Data tar-rapportar

Data

Identifika d-data bl-użu tal-kodiċi ISO 8601 (ssss–xx–jj) tad-data tar-rapportar

Obbligatorju fil-każ ta’ rapportar

(1)   

Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2015/2366/oj?locale=mtj).

(2)   

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/110/oj).

(3)   

Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj?locale=mt).

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_01.02 — Lista ta’ entitajiet finanzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru tal-informazzjoni

Meta r-reġistru tal-informazzjoni jinżamm u jiġi aġġornat f’livell subkonsolidat u konsolidat, dan il-mudell jidentifika l-entitajiet finanzjarji kollha li jappartjenu għas-sottogrupp u l-grupp. Meta l-entità finanzjarja responsabbli għaż-żamma u l-aġġornament tar-reġistru tal-informazzjoni ma tkunx tappartjeni għal grupp, dik l-entità finanzjarja biss għandha tiġi rrapportata f’dan il-mudell u l-entrata ta’ dan il-mudell għandu jkun l-istess bħall-mudell B_01.01.

Meta entità tkun qed taġixxi f’isem entità finanzjarja għall-attivitajiet kollha tal-entità finanzjarja (inklużi s-servizzi tal-ICT), il-fornituri terzi diretti ta’ servizzi tal-ICT lil dik l-entità jenħtieġ li jiġu rreġistrati fil-mudelli rilevanti tar-reġistru tal-informazzjoni tal-entità finanzjarja. F’każ bħal dan, dik l-entità hija rreġistrata biss bħala entità li żżomm ir-reġistru u ma għandhiex tiġi rrapportata f’din il-formola.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_01.02.0010

LEI tal-entità finanzjarja

Alfanumeriku

Identifika l-entità finanzjarja rrapportata fir-reġistru tal-informazzjoni bl-użu tal-kodiċi LEI, ta’ 20 karattru, alfanumeriku bbażat fuq l-istandard ISO 17442

Obbligatorju

B_01.02.0020

Isem l-entità finanzjarja

Alfanumeriku

Isem ġuridiku tal-entità finanzjarja rrapportata fir-reġistru tal-informazzjoni

Obbligatorju

B_01.02.0030

Pajjiż tal-entità finanzjarja

Pajjiż

Identifika l-kodiċi ISO 3166–1 alpha–2 tal-pajjiż fejn inħarġet il-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni tal-entità finanzjarja rrapportata fir-reġistru tal-informazzjoni.

Obbligatorju

B_01.02.0040

Tip ta’ entità finanzjarja

Sett magħluq ta’ għażliet

Identifika t-tip ta’ entità finanzjarja billi tuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1.  istituzzjonijiet ta’ kreditu;

2.  istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366;

3.  fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

4.  istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inklużi istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE;

5.  ditti tal-investiment;

6.  fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2023/1114;

7.  emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2023/1114;

8.  depożitorji ċentrali tat-titoli;

9.  kontropartijiet ċentrali;

10.  ċentri ta’ negozjar;

11.  repożitorji tat-tranżazzjonijiet;

12.  maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi;

13.  kumpaniji maniġerjali;

14.  fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data;

15.  impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

16.  intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari;

17.  istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali;

18.  aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;

19.  amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika;

20.  fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

21.  repożitorji tat-titolizzazzjoni;

22.  entità finanzjarja oħra;

23.  entità mhux finanzjarja: fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT;

24.  entità mhux finanzjarja: oħra.

Obbligatorju

B_01.02.0050

Ġerarkija tal-entità finanzjarja fil-grupp (fejn applikabbli)

Sett magħluq ta’ għażliet

Iddetermina l-ġerarkija tal-entità finanzjarja fil-konsolidazzjoni bl-użu ta’ waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1.  L-entità finanzjarja tkun l-impriża prinċipali aħħarija fil-konsolidazzjoni;

2.  L-entità finanzjarja tkun l-impriża prinċipali ta’ parti subkonsolidata fil-konsolidazzjoni;

3.  L-entità finanzjarja tkun sussidjarja fil-konsolidazzjoni u ma tkunx impriża prinċipali ta’ parti subkonsolidata;

4.  L-entità finanzjarja ma tkunx parti minn grupp;

5.  L-entità finanzjarja hija fornitur ta’ servizzi li lilu l-entità finanzjarja (jew il-fornitur terz ta’ servizzi li jaġixxi f’isimha) qed testernalizza l-attivitajiet operazzjonali kollha tagħha.

Meta entità tissodisfa aktar minn opzjoni waħda mil-lista magħluqa ta’ hawn fuq, għandha tintgħażel l-opzjoni ta’ livell ogħla applikabbli għal din l-entità.

Obbligatorju

B_01.02.0060

LEI tal-impriża prinċipali diretta tal-entità finanzjarja

Alfanumeriku

Identifika l-impriża prinċipali diretta tal-entità finanzjarja rrapportata fir-reġistru tal-informazzjoni bl-użu tal-kodiċi LEI, ta’ 20 karattru, alfanumeriku bbażat fuq l-istandard ISO 17442

Obbligatorju

B_01.02.0070

Data tal-aħħar aġġornament

Data

Identifika d-data bl-użu tal-kodiċi ISO 8601 (ssss–xx–jj) tad-data tal-aħħar aġġornament jew modifika li saru fir-reġistru tal-informazzjoni fir-rigward tal-entità finanzjarja.

Obbligatorju

B_01.02.0080

Data tal-integrazzjoni fir-reġistru tal-informazzjoni

Data

Identifika d-data bl-użu tal-kodiċi ISO 8601 (ssss–xx–jj) tad-data tal-integrazzjoni tal-entità finanzjarja fir-reġistru tal-informazzjoni

Obbligatorju

B_01.02.0090

Data tat-tħassir fir-reġistru tal-informazzjoni

Data

Identifika d-data bl-użu tal-kodiċi ISO 8601 (ssss–xx–jj) tad-data tat-tħassir tal-entità finanzjarja mir-reġistru tal-informazzjoni.

Meta l-entità finanzjarja ma tkunx tħassret, għandu jiġi rrapportat “9999–12–31”.

Obbligatorju

B_01.02.0100

Munita

Munita

Identifika l-kodiċi alfabetiku ISO 4217 tal-munita użata għat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji tal-entità finanzjarja.

Il-munita rrapportata għandha tkun l-istess munita użata mill-entità finanzjarja għat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji fil-livell tal-entità, subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.

Obbligatorju biss jekk jiġi rrapportat RT.01.02.0110

B_01.02.0110

Valur tal-assi totali tal-entità finanzjarja

Monetarju

Il-valur monetarju tal-assi totali tal-entità finanzjarja kif irrapportat fir-rapport finanzjarju annwali tal-entità finanzjarja tas-sena qabel id-data tal-aħħar aġġornament tar-reġistru tal-informazzjoni. Il-valur monetarju għandu jiġi rrapportat f’unitajiet.

Irreferi għall-Anness IV għall-mili f’din il-kolonna.

Obbligatorju jekk l-entità tkun entità finanzjarja

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_01.03 — Lista ta’ fergħat

Meta entità finanzjarja jkollha fergħat li jinsabu barra mill-pajjiż ta’ oriġini tagħha, identifika dawk il-fergħat permezz ta’ dan il-mudell.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_01.03.0010

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fergħa

Alfanumeriku

Identifika fergħa ta’ entità finanzjarja li tinsab barra mill-pajjiż tad-domiċilju tagħha bl-użu ta’ kodiċi uniku għal kull fergħa. Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

(a)  LEI tal-fergħa jekk uniku għal din il-fergħa u differenti minn B_01.03.0020;

(b)  kodiċi ta’ identifikazzjoni ieħor użat mill-entità finanzjarja sabiex tidentifika l-fergħa (meta l-LEI tal-fergħa jkun ekwivalenti għal dak fil-mudell B_01.03.0020 jew ekwivalenti għal-LEI ta’ fergħa oħra).

Obbligatorju

B_01.03.0020

LEI tal-uffiċċju prinċipali tal-entità finanzjarja tal-fergħa

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_01.02.0010

Identifika l-uffiċċju prinċipali tal-entità finanzjarja tal-fergħa, bl-użu tal-kodiċi LEI, ta’ 20 karattru, alfanumeriku bbażat fuq l-istandard ISO 17442

Obbligatorju

B_01.03.0030

Isem tal-fergħa

Alfanumeriku

Identifika l-isem tal-fergħa

Obbligatorju

B_01.03.0040

Pajjiż tal-fergħa

Pajjiż

Identifika l-kodiċi ISO 3166–1 alpha-2 tal-pajjiż fejn tinsab il-fergħa.

Obbligatorju

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_02.01 — Arranġamenti kuntrattwali — Informazzjoni ġenerali

L-entitajiet finanzjarji għandhom jiddeżinjaw “numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali” għal kull arranġament kuntrattwali fir-reġistru tal-informazzjoni. Meta l-fornitur estern terz ta’ servizzi tal-ICT ikun qed jagħmel użu minn sottokuntratturi, l-entitajiet finanzjarji ma għandhomx jinkludu fir-reġistru tal-informazzjoni “numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali” għall-arranġamenti bejn il-fornituri esterni terzi ta’ servizzi tal-ICT u s-sottokuntratturi tagħhom. Fil-każ ta’ fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu n-“numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali” bejn dan il-fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT u l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT tiegħu f’dan il-mudell u għandhom jimlew il-mudell Bм02.03 (Lista ta’ arranġamenti kuntrattwali intragrupp) kif xieraq.

In-“numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali” għandu jirreferi għat-tip ta’ arranġamenti kuntrattwali li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe tip ta’ arranġamenti awtonomi;

(b) 

kwalunkwe tip ta’ “arranġamenti ġenerali jew qafas”, inklużi arranġamenti prinċipali u qafas;

(c) 

kwalunkwe tip ta’ “arranġamenti sussegwenti jew assoċjati”, inklużi arranġamenti ta’ implimentazzjoni, arranġamenti ta’ sottoservizz, formoli tal-ordni.

In-numru ta’ referenza tal-kuntratt ma jirreferi għall-ebda tip ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz subordinat għal kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ arranġamenti kuntrattwali msemmija fil-punti (a), (b) u (c) hawn fuq.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Istruzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_02.01.0010

Numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Jidentifika l-arranġament kuntrattwali bejn l-entità finanzjarja jew, fil-każ ta’ grupp, is-sussidjarja tal-grupp u l-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT.

In-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali huwa n-numru ta’ referenza intern tal-arranġament kuntrattwali assenjat mill-entità finanzjarja.

In-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali għandu jkun uniku u konsistenti maż-żmien fil-livell tal-entità, subkonsolidat u konsolidat, fejn applikabbli.

In-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali għandu jintuża b’mod konsistenti fil-mudelli kollha tar-reġistru tal-informazzjoni meta ssir referenza għall-istess arranġament kuntrattwali.

Għall-każ fejn entità tkun qed taġixxi f’isem entità finanzjarja għall-attivitajiet kollha tal-entità finanzjarja inkluż is-servizzi tal-ICT (irreferi għall-premessa 7), in-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali jista’ jkun l-arranġament kuntrattwali bejn l-entità u l-fornitur terz dirett tagħha ta’ servizzi tal-ICT.

Obbligatorju

B_02.01.0020

Tip ta’ arranġament kuntrattwali

Sett magħluq ta’ opzjonijiet

Identifika t-tip ta’ arranġament kuntrattwali billi tuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1.  arranġament awtonomu;

2.  arranġament kuntrattwali ġenerali/prinċipali;

3.  arranġament sussegwenti jew assoċjat.

Obbligatorju

B_02.01.0030

Numru ta’ referenza ġenerali tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Mhux applikabbli jekk l-arranġament kuntrattwali huwa l-“arranġament kuntrattwali ġenerali” jew “arranġament awtonomu”. Fil-każijiet l-oħra, irrapporta n-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali tal-arranġament ġenerali, li għandu jkun daqs il-valur kif irrapportat fil-kolonna B_02.01.0010 meta jiġi rrapportat l-arranġament kuntrattwali ġenerali.

Obbligatorju

B_02.01.0040

Munita tal-ammont irrapportat f’ B_02.01.0050

Munita

Identifika l-kodiċi alfabetiku ISO 4217 tal-munita użata biex tesprimi l-ammont f’B_02.01.0050.

Obbligatorju

B_02.01.0050

Spiża annwali jew kost stmat tal-arranġament kuntrattwali għas-sena li għaddiet

Monetarju

Spejjeż annwali jew kostijiet stmati (jew trasferiment intragrupp) tal-arranġament kuntrattwali tas-servizzi tal-ICT għas-sena li għaddiet. Il-valur monetarju għandu jiġi rrapportat f’unitajiet.

L-ispiża annwali jew il-kost stmat għandhom jiġu espressi fil-munita rrapportata f’B_01.02.0040.

F’każ ta’ arranġament ġenerali b’arranġamenti sussegwenti jew assoċjati, is-somma tal-ispejjeż annwali jew tal-kostijiet stmati rrapportati għall-arranġament ġenerali u l-arranġamenti sussegwenti jew assoċjati għandha tkun daqs l-ispejjeż totali jew il-kostijiet stmati għall-arranġament kuntrattwali ġenerali. M’għandu jkun hemm l-ebda ripetizzjoni jew duplikazzjoni ta’ spejjeż annwali jew spejjeż stmati. Jenħtieġ li l-każijiet li ġejjin jiġu riflessi:

(a)  meta l-ispejjeż annwali jew l-istima tal-kostijiet ma jiġux iddeterminati fil-livell tal-arranġament ġenerali (jiġifieri huma 0), l-ispejjeż annwali jew il-kostijiet stmati għandhom jiġu rrapportati fil-livell ta’ kull arranġament sussegwenti jew assoċjat.

(b)  meta l-ispejjeż annwali jew il-kostijiet stmati ma jkunux jistgħu jiġu rrapportati għal kull wieħed mill-arranġamenti sussegwenti jew assoċjati, l-ispejjeż annwali totali jew il-kostijiet stmati għandhom jiġu rrapportati fil-livell tal-arranġament ġenerali.

(c)  meta jkun hemm spejjeż annwali jew kostijiet stmati relatati ma’ kull livell tal-arranġament, jiġifieri ġenerali u sussegwenti jew assoċjati, u dik l-informazzjoni tkun disponibbli, l-ispejjeż annwali jew il-kostijiet stmati għandhom jiġu rrapportati mingħajr duplikazzjoni f’kull livell tal-arranġament kuntrattwali.

Obbligatorju

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_02.02 — Arranġamenti kuntrattwali — Informazzjoni speċifika

L-entitajiet finanzjarji għandhom jimlew dan il-mudell bil-livell massimu ta’ granularità possibbli. Meta l-arranġament kuntrattwali jinkludi diversi servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet multipli, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw l-istess ammont ta’ ringieli daqs l-elementi fil-mudell billi jikkombinaw is-servizzi tal-ICT koperti fl-arranġament kuntrattwali u l-funzjonijiet tal-entità finanzjarja.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_02.02.0010

Numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_02.01.0010

Obbligatorju

B_02.02.0020

LEI tal-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_04.01.0020

Identifika l-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT bl-użu tal-kodiċi LEI, ta’ 20 karattru, alfanumeriku bbażat fuq l-istandard ISO 17442

Obbligatorju

B_02.02.0030

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_05.01.0010

Kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT kif irrapportat f’B_05.01.0010 għal dak il-fornitur.

Obbligatorju

B_02.02.0040

Tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Disinn

Kif irrapportat f’B_05.01.0020

It-tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT f’B_02.02.0030 kif irrapportat f’B_05.01.0020 għal dak il-fornitur.

Obbligatorju

B_02.02.0050

Identifikatur tal-funzjoni

Disinn

Kif definit mill-entità finanzjarja f’B_06.01.0010

Obbligatorju

B_02.02.0060

Tip ta’ servizzi tal-ICT

Sett magħluq ta’ opzjonijiet

Wieħed mit-tipi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fl-Anness III

Obbligatorju

B_02.02.0070

Data tal-bidu tal-arranġament kuntrattwali

Data

Identifika d-data tad-dħul fis-seħħ tal-arranġament kuntrattwali kif stipulat fl-arranġament kuntrattwali bl-użu tal-kodiċi ISO 8601 (ssss–xx–jj)

Obbligatorju

B_02.02.0080

Data tat-tmiem tal-arranġament kuntrattwali

Data

Identifika d-data tat-tmiem kif stipulat fl-arranġament kuntrattwali bl-użu tal-kodiċi ISO 8601 (ssss–xx–jj)). Meta l-arranġament kuntrattwali jkun indefinit, dan għandu jimtela b’ “9999–12–31”. Meta l-arranġament kuntrattwali jkun ġie tterminat f’data differenti mid-data tat-tmiem, dan għandu jimtela bid-data tat-terminazzjoni.

Fejn l-arranġament kuntrattwali jipprevedi tiġdid, dan għandu jimtela bid-data tat-tiġdid tal-kuntratt kif stipulat fl-arranġament kuntrattwali.

Obbligatorju

B_02.02.0090

Raġuni għat-terminazzjoni jew it-tmiem tal-arranġament kuntrattwali

Sett magħluq ta’ opzjonijiet

Meta l-arranġament kuntrattwali jkun ġie tterminat jew intemm, identifika r-raġuni għat-terminazzjoni jew it-tmiem tal-arranġamenti kuntrattwali billi tuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1.  Terminazzjoni mhux minħabba raġuni valida: L-arranġament kuntrattwali jkun skada/intemm u ma jkunx ġie mġedded minn ebda waħda mill-partijiet;

2.  Terminazzjoni għal raġuni: L-arranġament kuntrattwali jkun ġie tterminat, il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun fi ksur tal-liġi, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali applikabbli;

3.  Terminazzjoni għal raġuni: L-arranġament kuntrattwali jkun ġie tterminat, minħabba l-fatt li ġew identifikati impedimenti tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li kapaċi jbiddlu l-funzjoni appoġġjata;

4.  Terminazzjoni għal raġuni: L-arranġament kuntrattwali jkun ġie tterminat minħabba dgħufijiet tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT rigward il-ġestjoni u s-sigurtà ta’ data jew informazzjoni sensittiva ta’ kwalunkwe waħda mill-kontropartijiet;

5.  Terminazzjoni wara talba minn awtorità kompetenti; L-arranġament kuntrattwali jkun ġie tterminat wara talba minn Awtorità kompetenti.

6.  Oħrajn: L-arranġament kuntrattwali jkun ġie tterminat minn kwalunkwe waħda mill-partijiet għal kwalunkwe raġuni oħra għajr ir-raġunijiet imsemmija fil-punti 1 sa 5.

Obbligatorju jekk l-arranġament kuntrattwali jiġi tterminat

B_02.02.0100

Perjodu ta’ avviż għall-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT

Numru naturali

Identifika l-perjodu ta’ notifika għat-terminazzjoni tal-arranġament kuntrattwali mill-entità finanzjarja f’każ tas-sitwazzjoni attwali. Il-perjodu ta’ notifika għandu jiġi espress bħala l-għadd ta’ jiem kalendarji minn meta l-kontroparti tirċievi t-talba biex jiġi tterminat is-servizz tal-ICT.

Obbligatorju jekk is-servizz tal-ICT ikun qed jappoġġja funzjoni kritika jew importanti

B_02.02.0110

Perjodu ta’ notifika għall-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Numru naturali

Identifika l-perjodu ta’ notifika għat-terminazzjoni tal-arranġament kuntrattwali mill-fornitur dirett tas-servizz ICT minn parti terza f’każ tas-sitwazzjoni attwali. Il-perjodu ta’ notifika għandu jiġi espress bħala l-għadd ta’ jiem kalendarji minn meta l-kontroparti tirċievi t-talba biex jiġi tterminat is-servizz tal-ICT.

Obbligatorju jekk is-servizz tal-ICT ikun qed jappoġġja funzjoni kritika jew importanti

B_02.02.0120

Pajjiż tal-liġi regolatorja tal-arranġament kuntrattwali

Pajjiż

Identifika l-pajjiż tal-liġi regolatorja tal-arranġament kuntrattwali bl-użu tal-kodiċi ISO 3166–1 alpha–2.

Obbligatorju jekk is-servizz tal-ICT ikun qed jappoġġja funzjoni kritika jew importanti

B_02.02.0130

Pajjiż tal-forniment tas-servizzi tal-ICT

Pajjiż

Identifika l-pajjiż minn fejn jiġu pprovduti s-servizzi tal-ICT bl-użu tal-kodiċi ISO 3166–1 alpha-2.

Obbligatorju jekk is-servizz tal-ICT ikun qed jappoġġja funzjoni kritika jew importanti

B_02.02.0140

Ħżin tad-data

[Iva/Le]

Is-servizz tal-ICT huwa relatat mal-ħżin (anka temporanjament) tad-data (jew jipprevedih)?

Waħda mill-għażliet ipprovduti fil-lista magħluqa li ġejja:

1.  Iva;

2.  Le.

Obbligatorju jekk is-servizz tal-ICT ikun qed jappoġġja funzjoni kritika jew importanti

B_02.02.0150

Il-post fejn tinsab id-data stazzjonarja (ħżin)

Pajjiż

Identifika l-pajjiż fejn tinsab id-data stazzjonarja (ħażna) billi tuża l-kodiċi ISO 3166–1 alpha-2.

Jekk ikun hemm diversi pajjiżi ta’ post, għandha/għandhom tintuża/jintużaw ringiela/i addizzjonali għal kull pajjiż.

Obbligatorju jekk “Iva” tiġi rrapportata f’B_02.02.0140

B_02.02.0160

Post tal-ġestjoni tad-data (l-ipproċessar)

Pajjiż

Identifika l-pajjiż fejn tinsab il-ġestjoni tad-data (l-ipproċessar) bl-użu tal-kodiċi ISO 3166–1 alpha–2.

Jekk ikun hemm diversi pajjiżi ta’ post, għandha/għandhom tintuża/jintużaw ringiela/i addizzjonali għal kull pajjiż.

Obbligatorju jekk is-servizz tal-ICT ikun ibbażat fuq l-ipproċessar tad-data jew jipprevedi l-ipproċessar tad-data

B_02.02.0170

Sensittività tad-data maħżuna mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Sett magħluq ta’ opzjonijiet

Identifika l-livell ta’ sensittività tad-data maħżuna jew ipproċessata mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT bl-użu ta’ waħda mill-għażliet ipprovduti fil-lista magħluqa li ġejja:

1.  Baxxa

2.  Medju;

3.  Għoli.

L-aktar data sensittiva tieħu preċedenza: eż. jekk japplikaw kemm “Medju” kif ukoll “Għoli”, allura għandu jintgħażel “Għoli”.

Obbligatorju jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jaħżen id-data u jekk is-servizz tal-ICT ikun qed jappoġġja funzjoni kritika jew importanti jew parti materjali minnha

B_02.02.0180

Il-livell ta’ dipendenza fuq is-servizz tal-ICT li jappoġġja l-funzjoni kritika jew importanti.

Sett magħluq ta’ għażliet

Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  Mhux sinifikanti;

2.  Dipendenza baxxa: f’każ ta’ tfixkil tas-servizzi, il-funzjonijiet appoġġjati ma jiġux affettwati b’mod sinifikanti (l-ebda interruzzjoni, l-ebda ħsara importanti) jew it-tfixkil jista’ jiġi solvut malajr u b’impatt minimu fuq il-funzjonijiet appoġġjati;

3.  Dipendenza materjali: f’każ ta’ tfixkil tas-servizzi, il-funzjonijiet appoġġjati jiġu affettwati b’mod sinifikanti jekk it-tfixkil idum aktar minn ftit minuti/ftit sigħat, u t-tfixkil jista’ jikkawża danni, iżda xorta jkun maniġġabbli;

4.  Dipendenza sħiħa: f’każ ta’ tfixkil tas-servizzi, il-funzjonijiet appoġġjati jiġu interrotti/imħassra b’mod immedjat u sever, għal perjodu twil.

Obbligatorju jekk is-servizz tal-ICT ikun qed jappoġġja funzjoni kritika jew importanti jew parti materjali minnha

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_02.03 — Lista ta’ arranġamenti kuntrattwali intragrupp

Il-mudell B_02.03 jidentifika arranġamenti kuntrattwali mill-istess katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT bl-użu tan-numri ta’ referenza kuntrattwali intragrupp f’każijiet fejn il-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT ikun fiha fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT, jiġifieri fejn mill-inqas wieħed mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fil-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT ikun entità li tappartjeni għall-istess grupp tal-entità li tagħmel użu mis-servizzi tal-ICT.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_02.03.0010

Numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

In-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali bejn l-entità li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT ipprovdut(i) u l-fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT.

In-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali għandu jkun uniku u konsistenti matul iż-żmien u fil-grupp kollu.

Obbligatorju

B_02.03.0020

Arranġament kuntrattwali marbut mal-arranġament kuntrattwali msemmi f’B_02.03.0010

Alfanumeriku

In-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali tal-arranġament kuntrattwali bejn il-fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT tal-arranġament kuntrattwali f’B_02.03.0010 u l-fornitur terz dirett tiegħu ta’ servizzi tal-ICT.

Obbligatorju

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_03.01 — Entitajiet li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali biex jirċievu servizz(i) tal-ICT f’isem l-entitajiet finanzjarji li jagħmlu użu mis-servizz(i) tal-ICT

Identifika l-entitajiet finanzjarji kollha msemmija fil-mudell B_01.02 li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali msemmija fil-mudell B_02.01 biex jirċievu s-servizzi tal-ICT. Meta r-reġistru tal-informazzjoni jinżamm u jiġi aġġornat fil-livell tal-entità, l-entità finanzjarja li tiffirma l-arranġamenti kuntrattwali tkun l-entità finanzjarja li żżomm u taġġorna r-reġistru tal-informazzjoni nnifisha.

L-enititajiet li jiffirmaw l-arranġament kuntrattwali ma jkunux neċessarjament entità finanzjarja u lanqas l-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.

Pereżempju, l-entità li tiffirma l-arranġament kuntrattwali msemmi fit-tieni subparagrafu tista’ tkun fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT, entità finanzjarja jew mhux finanzjarja li tappartjeni għall-istess grupp tal-entitajiet finanzjarji li jagħmlu użu mis-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_03.01.0010

Numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_02.02.0010

Identifika n-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali ffirmat mill-impriża

Obbligatorju

B_03.01.0020

LEI tal-entità li tiffirma l-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Identifika l-impriża li tiffirma l-arranġament kuntrattwali bl-użu tal-kodiċi LEI, ta’ 20 karattru, alfanumeriku bbażat fuq l-istandard ISO 17442 jew l-EUID

Obbligatorju

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_03.02 — Fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali għall-forniment ta’ servizz(i) tal-ICT

Identifika l-fornituri terzi kollha ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fil-mudell B_05.01 li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali msemmija fil-mudell B_02.01 għall-forniment tas-servizzi tal-ICT.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_03.02.0010

Numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_02.02.0010

Identifika n-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali ffirmat mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Obbligatorju

B_03.02.0020

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_05.01.0010

Kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT kif irrapportat f’B_05.01.0020 għal dak il-fornitur.

Obbligatorju

B_03.02.0030

Tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Disinn

Kif irrapportat f’B_05.01.0020

It-tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT f’B_03.02.0020 kif irrapportat f’B_05.01.0020 għal dak il-fornitur.

Obbligatorju

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_03.03 — Entitajiet finanzjarji li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali għall-forniment ta’ servizz(i) tal-ICT lil entitajiet finanzjarji oħra fil-konsolidazzjoni.

Identifika l-entitajiet finanzjarji kollha msemmija fil-mudell B_01.02 li ffirmaw arranġamenti kuntrattwali kif imsemmi fil-mudell B_02.01 għall-forniment ta’ servizzi tal-ICT lil entitajiet oħra fil-konsolidazzjoni msemmija fil-mudell B_01.02.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_03.03.0010

Numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_02.02.0010

Identifika n-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali ffirmat mill-entità għall-forniment ta’ servizz(i) tal-ICT

Obbligatorju

B_03.03.0020

LEI tal-entità finanzjarja li tipprovdi servizzi tal-ICT

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_01.02.0010

Identifika l-entità li tipprovdi servizzi tal-ICT bl-użu ta’ kodiċi LEI, ta’ 20 karattru, alfanumeriku bbażat fuq l-istandard ISO 17442.

Obbligatorju

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_04.01 — Entitajiet finanzjarji li jagħmlu użu mis-servizzi tal-ICT

L-entitajiet finanzjarji kollha msemmija fil-mudell B_01.02 u l-fergħat tal-entitajiet finanzjarji msemmija fil-mudell B_01.03 li qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornitur terz tal-ICT għandhom jiġu rrapportati f’dan il-mudell.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_04.01.0010

Numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_02.01.0010

Identifika n-numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali fir-rigward tal-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizzi tal-ICT ipprovduti

Obbligatorju

B_04.01.0020

LEI tal-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT

Alfanumeriku

Identifika l-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT bl-użu tal-kodiċi LEI, ta’ 20 karattru, alfanumeriku bbażat fuq l-istandard ISO 17442

Obbligatorju

B_04.01.0030

Natura tal-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT

Sett magħluq ta’ għażliet

Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  L-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT hija fergħa ta’ entità finanzjarja

2.  L-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT mhijiex fergħa

Obbligatorju

B_04.01.0040

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fergħa

Alfanumeriku

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fergħa kif irrapportat f’B_01.03.0010

Obbligatorju jekk l-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT tkun fergħa ta’ entità finanzjarja (B_04.01.0030)

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_05.01 — Fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw il-fornituri terzi rilevanti kollha ta’ servizzi tal-ICT, inklużi:

(a) 

il-fornituri terzi diretti kollha ta’ servizzi tal-ICT;

(b) 

il-fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT kollha;

(c) 

is-sottokuntratturi kollha li huma identifikati fil-mudell B_05.02 fil-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT;

(d) 

l-impriżi prinċipali aħħarin kollha tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) hawn fuq.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_05.01.0010

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Alfanumeriku

Kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.

Meta jintuża l-LEI, dan għandu jiġi pprovdut bħala kodiċi alfanumeriku bi 20 karattru bbażat fuq l-istandard ISO 17442.

Meta jintuża l-EUID, dan għandu jiġi pprovdut kif speċifikat fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1042.

Obbligatorju

B_05.01.0020

Tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Disinn

►C1  
Tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT irrappurtat f’B_05.01.0010
1.  “LEI” għal-LEI
2.  “EUID” għall-EUID
3.  CRN għan-Numru ta’ reġistrazzjoni tal-korporazzjoni
4.  VAT għan-numru tal-VAT
5.  PNR għan-Numru tal-Passaport
6.  NIN għan-Numru tal-Identità Nazzjonali
LEI jew EUID biss għandhom jintużaw għal persuni ġuridiċi, kif identifikati f’B_05.01.0070, filwaqt li kodiċi alternattiv jista’ jintuża biss għal individwu li jaġixxi f’kapaċità ta’ negozju.
Il-LEI biss għandu jintuża għal persuni ġuridiċi li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni.  ◄

Obbligatorju

B_05.01.0030

Kodiċi ta’ identifikazzjoni addizzjonali tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Alfanumeriku

Kodiċi addizzjonali biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, fejn disponibbli.

Mhux obbligatorji

B_05.01.0040

Tip ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni addizzjonali biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Disinn

It-tip ta’ kodiċi addizzjonali biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT irrapportat f’B_05.01.0030:

1.  “LEI” għal-LEI

2.  “EUID” għall-EUID

3.  CRN għan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-korporazzjoni

4.  VAT għan-numru tal-VAT

5.  PNR għan-Numru tal-Passaport

6.  NIN għan-Numru tal-Identità Nazzjonali

Il-LEI jew l-EUID għandhom jintużaw għal persuni ġuridiċi, kif identifikati f’B_05.01.0070, filwaqt li kodiċi alternattiv jista’ jintuża biss għal individwu li jaġixxi f’kapaċità ta’ negozju.

Il-LEI biss għandu jintuża għal persuni ġuridiċi li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni.

Obbligatorju jekk jiġi rrapportat B_05.01.0030

B_05.01.0050

Isem ġuridiku tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Alfanumeriku

L-isem ġuridiku tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT kif irreġistrat fir-reġistru kummerċjali bl-alfabetti Latini, Ċirilliċi jew Griegi.

Obbligatorju

B_05.01.0060

Isem il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fl-alfabett Latin

Alfanumeriku

Isem il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fl-alfabett Latin.

Meta l-isem tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT irrapportat f’B_05.01.0050 ikun f’alfabett Latin, dan għandu jiġi ripetut ukoll f’dan il-qasam tad-data.

Obbligatorju

B_05.01.0070

Tip ta’ persuna tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Sett magħluq ta’ opzjonijiet

Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  Persuna ġuridika, minbarra individwi li jaġixxu fil-kapaċità ta’ negozju

2.  Individwu li jaġixxi f’kapaċità ta’ negozju

Obbligatorju

B_05.01.0080

Pajjiż tal-kwartieri ġenerali tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Pajjiż

Identifika l-kodiċi ISO 3166–1 alpha–2 tal-pajjiż li fih jinsabu l-kwartieri ġenerali operattivi globali tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT (normalment, dan il-pajjiż ikun il-pajjiż tar-residenza tat-taxxa).

Obbligatorju

B_05.01.0090

►C1  Munita tal-ammont irrapportat f’ B_05.01.0100 ◄

Munita

Identifika l-kodiċi alfabetiku ISO 4217 tal-munita użata biex tesprimi l-ammont f’B_05.01.0100.

Il-munita rrapportata għandha tkun l-istess munita użata mill-entità finanzjarja għat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji fil-livell tal-entità, subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.

Obbligatorju jekk jiġi rrapportat B_05.01.0100

B_05.01.0100

Spiża annwali totali jew kost stmat tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Monetarju

Spiża annwali jew kost stmat għall-użu tas-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT lill-entitajiet li jagħmlu użu mis-servizzi tal-ICT Il-valur monetarju għandu jiġi rrapportat f’unitajiet.

Obbligatorju jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT

B_05.01.0110

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impriża prinċipali aħħarija tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Alfanumeriku

Kodiċi biex tiġi identifikata l-impriża prinċipali aħħarija tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Il-kodiċi użat biex tiġi identifikata l-impriża prinċipali aħħarija f’din il-kaxxa għandu jaqbel mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni pprovdut f’B_05.01.0010 għal dik l-impriża prinċipali aħħarija.

Meta l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ma jkunx parti minn grupp, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni użat biex jiġi identifikat dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT f’B_05.01.0010 għandu jiġi ripetut ukoll f’dan il-qasam tad-data.

Obbligatorju jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ma jkunx l-impriża prinċipali aħħarija

B_05.01.0120

Tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat il-finali tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT impriża prinċipali

Disinn

It-tip ta’ kodiċi biex tidentifika l-impriża prinċipali aħħarija tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT f’B_05.01.0110.

It-tip ta’ kodiċi użat biex tiġi identifikata l-impriża prinċipali aħħarija f’din il-kaxxa għandu jaqbel mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni pprovdut f’B_05.01.0020 għal dik l-impriża prinċipali aħħarija.

Meta l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ma jkunx parti minn grupp, it-tip ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni użat biex jiġi identifikat dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT f’B_05.01.0020 għandu jiġi ripetut ukoll f’dan il-qasam tad-data.

Obbligatorju jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ma jkunx l-impriża prinċipali aħħarija

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_05.02 — Ktajjen tal-provvista tas-servizzi tal-ICT

Dan il-mudell jidentifika u jgħaqqad il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li huma parti mill-istess katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT flimkien.

Il-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT għandha tinkludi, fejn applikabbli:

(a) 

il-fornituri terzi diretti kollha ta’ servizzi tal-ICT;

(b) 

il-fornituri kollha ta’ servizzi intragrupp tal-ICT;

(c) 

għas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjoni kritika jew importanti jew parti materjali minnha, is-sottokuntratturi kollha li jirfdu b’mod effettiv il-forniment ta’ dawk is-servizzi tal-ICT (jiġifieri s-sottokuntratturi kollha li jipprovdu servizzi tal-ICT li t-tfixkil tagħhom ifixkel is-sigurtà jew il-kontinwità tal-forniment tas-servizz);

(d) 

meta fornitur ta’ servizzi intragrupp tal-ICT juża sottokuntratturi biex jipprovdi s-servizzi tal-ICT tiegħu lill-entità finanzjarja, mill-inqas l-ewwel sottokuntrattur barra mill-grupp anki jekk is-servizzi tal-ICT ipprovduti ma jappoġġjawx funzjoni kritika jew importanti jew partijiet materjali tagħhom.

Il-fornituri terzi kollha ta’ servizzi tal-ICT li jappartjenu għall-istess sehem tal-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT:

(a) 

l-istess “numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali” kif imsemmi fil-mudell B_02.01;

(b) 

l-istess “tip ta’ servizzi tal-ICT” kif imsemmi fl-Anness III;

Kull fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jappartjeni għall-istess katina ta’ provvista ta’ servizzi tal-ICT jiġi assenjat “grad” (mudell B_05.02.0050) biex jidentifika l-pożizzjoni tiegħu fil-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT. Meta diversi fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ikollhom l-istess pożizzjoni fl-istess katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT, dawk il-fornituri għandhom jiġu assenjati l-istess “klassifikazzjoni”. F’konformità mal-Artikolu 2, il-fornituri terzi diretti ta’ servizzi tal-ICT għalhekk jingħataw il-klassifikazzjoni numru 1. Jekk il-klassifikazzjoni tkun ogħla minn 1, il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ikunu sottokuntratturi.

Sabiex il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jappartjenu għall-istess katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT jintrabtu flimkien, għal kull sottokuntrattur tal-ICT (jiġifieri fejn il-“klassifikazzjoni” tkun ogħla minn 1), l-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jirċievi s-servizzi sottokuntrattati tiegħu. L-identifikazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jirċievi s-servizzi sottokuntrattati għandha titwettaq bl-użu tal-kolonni B_05.02.0060 u B_05.02.0070.

Għal kull katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT (jiġifieri kombinament ta’ “numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali” u “tip ta’ servizzi tal-ICT”), fejn ikun hemm diversi fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jirċievu s-servizzi sottokuntrattati, dawk il-fornituri ta’ servizzi kollha għandhom jiġu rrapportati f’ringieli separati fil-mudell. L-istess loġika tapplika f’kull klassifikazzjoni tal-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_05.02.0010

Numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_02.01.0010

Obbligatorju

B_05.02.0020

Tip ta’ servizzi tal-ICT

Sett magħluq ta’ opzjonijiet

Wieħed mit-tipi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fl-Anness III

Obbligatorju

B_05.02.0030

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_05.01.0010 għal dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.

Eżempji:

— Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi servizz tal-ICT lill-entità finanzjarja li tagħmel użu minnu;

— Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-sottokuntrattur fil-grad 2 li jipprovdi servizz lill-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT.

Obbligatorju

B_05.02.0040

Tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Disinn

Kif irrapportat f’B_05.01.0020 għal dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.

Obbligatorju

B_05.02.0050

Grad

Numru naturali

Meta l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun se jiffirma l-arranġament kuntrattwali mal-entità finanzjarja, dan jitqies bħala fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT u l-“klassifikazzjoni” li għandha tiġi rrapportata hija 1;

Meta l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun se jiffirma l-kuntratt mal-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT, dan jitqies bħala sottokuntrattur u l-“klassifikazzjoni” li għandha tiġi rrapportata hija 2;

L-istess loġika tapplika għas-sottokuntratturi kollha li jsegwu billi tiżdied il-“klassifikazzjoni”.

Meta diversi fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ikollhom l-istess “klassifikazzjoni” fil-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jirrapportaw l-istess “klassifikazzjoni” għal dawk il-fornituri terzi kollha ta’ servizzi tal-ICT.

Obbligatorju

B_05.02.0060

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-riċevitur ta’ servizzi tal-ICT sottokuntrattati

Alfanumeriku

Għandu jitħalla vojt jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT (il-mudell B_05.02.0030) ikun fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT, jiġifieri fil-“grad” r = 1 (il-mudell B_05.02.0050);

Meta l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun fil-“klassifikazzjoni” r = n fejn n>1, indika l-“Kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-riċevitur tas-servizzi sottokuntrattati” fil-“klassifikazzjoni” r=n-1 li ssottokuntratta s-servizz tal-ICT (anke parzjalment) lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fil-“klassifikazzjoni” r=n.

Eżempji:

— Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT li jirċievi s-servizz mis-sottokuntrattur fil-grad 2;

— Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-sottokuntrattur fil-grad 2 li jirċievi s-servizz mis-sottokuntrattur fil-grad 3.

Il-kodiċi użat biex jiġi identifikat ir-riċevitur ta’ servizzi tal-ICT sottokuntrattati għandu jaqbel mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni pprovdut f’B_05.01.0010 għal dak il-fornitur.

Obbligatorju Mhux applikabbli għall-grad 1

B_05.02.0070

Tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat ir-riċevitur ta’ servizzi tal-ICT sottokuntrattati

Disinn

Għandu jitħalla vojt meta l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT (il-mudell B_05.02.0030) ikun fil-grad r = 1 (il-mudell B_05.02.0050);

Meta l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun fil-“klassifikazzjoni” r = n fejn n >1, indika t-“Tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat ir-riċevitur tas-servizz sottokuntrattat” fil-“klassifikazzjoni” r=n-1 li ssottokuntratta s-servizz tal-ICT (anke parzjalment) lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fil-“klassifikazzjoni” r=n.

1.  “LEI” għal-LEI

2.  “EUID” għall-EUID

3.  CRN għan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-korporazzjoni

4.  VAT għan-numru tal-VAT

5.  PNR għan-Numru tal-Passaport

6.  NIN għan-Numru tal-Identità Nazzjonali

It-tip ta’ kodiċi użat biex jiġi identifikat ir-riċevitur ta’ servizzi tal-ICT sottokuntrattati għandu jaqbel mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni pprovdut f’B_05.01.0020 għal dak il-fornitur.

Obbligatorju Mhux applikabbli għall-grad 1

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_06.01 — Identifikazzjoni tal-funzjonijiet

L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw u jipprovdu informazzjoni dwar il-funzjonijiet kollha tal-entità finanzjarja skont l-organizzazzjoni interna tal-entità finanzjarja appoġġata minn servizz tal-ICT ipprovdut minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

Kull kombinazzjoni tal-oġġetti li ġejjin għandu jkollha identifikatur uniku tal-funzjoni assenjat:

(a) 

“LEI tal-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT” il-kolonna B_06.01.0040;

(b) 

“Attività liċenzjata” il-kolonna B_06.01.0020;

(c) 

“Isem tal-funzjoni” il-kolonna B_06.01.0030.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw l-istess ammont ta’ ringieli daqs l-elementi fil-mudell billi jikkombinaw iż-żewġ entrati ta’ hawn fuq biex jimlew dan il-mudell.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni

Għażla ta’ Mili

B_06.01.0010

Identifikatur tal-funzjoni

Disinn

L-identifikatur tal-funzjoni għandu jkun magħmul mill-ittra F (ittra kapitali) segwita minn numru naturali (eż. “F1” għall-1 identifikatur tal-funzjoni u “Fn” għall-nth identifikatur tal-funzjoni b’“n” li jkun numru naturali).

Kull kombinazzjoni bejn “LEI tal-entità finanzjarja li tagħmel użu mis-servizz(i) tal-ICT” (B_06.01.0040), “Isem tal-funzjoni” (B_06.01.0030) u “Attività liċenzjata” (B_06.01.0020) għandu jkollha identifikatur uniku tal-funzjoni.

Pereżempju: entità finanzjarja li topera taħt żewġ attivitajiet liċenzjati (“attività A” u “attività B”) tingħata żewġ “identifikaturi tal-funzjoni” uniċi għall-istess funzjoni X (eż. Bejgħ) imwettqa għall-attività A u l-attività B.

Obbligatorju

B_06.01.0020

Attività liċenzjata

Sett magħluq ta’ għażliet

Waħda mill-attivitajiet liċenzjati msemmija fl-atti legali sottostanti elenkati fl-Anness II għat-tipi differenti ta’ entitajiet finanzjarji.

Meta l-funzjoni ma tkunx marbuta ma’ attività rreġistrata jew liċenzjata, għandhom jiġu rrapportati “funzjonijiet ta’ appoġġ”.

Obbligatorju

B_06.01.0030

Isem tal-funzjoni

Alfanumeriku

Isem tal-funzjoni skont l-organizzazzjoni interna tal-entità finanzjarja.

Obbligatorju

B_06.01.0040

LEI tal-entità finanzjarja

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_04.01.0020

Identifika l-entità finanzjarja bl-użu tal-kodiċi LEI, ta’ 20 karattru, alfanumeriku bbażat fuq l-istandard ISO 17442

Obbligatorju

►C1  B_06.01.0050  ◄

Valutazzjoni tal-kritikalità jew tal-importanza

Sett magħluq ta’ għażliet

Uża din il-kolonna biex tindika jekk il-funzjoni hijiex kritika jew importanti skont il-valutazzjoni tal-entità finanzjarja. Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  Iva;

2.  Le;

3.  Il-valutazzjoni ma saritx.

Obbligatorju

►C1  B_06.01.0060  ◄

Raġunijiet għall-kritikalità jew għall-importanza

Alfanumeriku

Spjegazzjoni qasira dwar ir-raġunijiet għall-klassifikazzjoni tal-funzjoni bħala kritika jew importanti (massimu ta’ 300 karattru)

Mhux obbligatorji

►C1  B_06.01.0070  ◄

Data tal-aħħar valutazzjoni ta’ kritikalità jew ta’ importanza

Data

Identifika d-data bl-użu tal-kodiċi ISO 8601 (ssss–xx–jj) tad-data tal-aħħar valutazzjoni tal-kritikalità jew tal-importanza f’każ li l-funzjoni tkun appoġġjata mis-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

Meta l-valutazzjoni tal-kritikalità jew l-importanza tal-funzjoni ma titwettaqx, din għandha timtela b’“9999-12-31”

Obbligatorju

►C1  B_06.01.0080  ◄

L-għan tal-funzjoni tal-ħin ta’ rkupru

Numru naturali

F’numru ta’ sigħat. Meta l-objettiv tal-ħin ta’ rkupru jkun inqas minn siegħa (1), għandha tiġi rrapportata “1”. Meta l-objettiv tal-ħin ta’ rkupru tal-funzjoni ma jkunx definit, għandu jiġi rrapportat “0”.

Obbligatorju

►C1  B_06.01.0090  ◄

Objettiv tal-funzjoni tal-punt ta’ rkupru

Numru naturali

F’numru ta’ sigħat. Meta l-objettiv tal-punt ta’ rkupru jkun inqas minn siegħa (1), għandha tiġi rrapportata “1”. Meta l-objettiv tal-punt ta’ rkupru tal-funzjoni ma jkunx definit, għandu jiġi rrapportat “0”.

Obbligatorju

►C1  B_06.01.0100  ◄

Impatt tal-waqfien tal-funzjoni

Sett magħluq ta’ għażliet

Uża din il-kolonna biex tindika l-impatt tal-waqfien tal-funzjoni skont il-valutazzjoni tal-entità finanzjarja. Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  Baxxa

2.  Medju;

3.  Għoli;

4.  Il-valutazzjoni ma saritx.

Obbligatorju

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_07.01 — Valutazzjoni tas-servizzi tal-ICT

Meta jappoġġja funzjoni kritika jew importanti jew partijiet materjali tagħha, dan il-mudell jippermetti valutazzjonijiet ulterjuri tas-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, inkluż l-ewwel sottokuntrattur barra mill-grupp fil-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT meta l-fornituri terzi preċedenti ta’ servizzi tal-ICT ikunu intragrupp, lill-entità finanzjarja.



Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Tip

Struzzjoni ta’ Mili

Għażla ta’ Mili

B_07.01.0010

Numru ta’ referenza tal-arranġament kuntrattwali

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_02.01.0010

Obbligatorju

B_07.01.0020

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Alfanumeriku

Kif irrapportat f’B_05.01.0010

Obbligatorju

B_07.01.0030

Tip ta’ kodiċi biex jiġi identifikat il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Disinn

Kif irrapportat f’B_05.01.0020

Obbligatorju

B_07.01.0040

Tip ta’ servizzi tal-ICT

Sett magħluq ta’ għażliet

Wieħed mit-tipi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fl-Anness III

Obbligatorju

B_07.01.0050

Sostitwibbiltà tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Sett magħluq ta’ għażliet

Uża din il-kolonna biex tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni tal-entità finanzjarja fir-rigward tal-grad ta’ sostitwibbiltà tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT biex iwettaq is-servizzi speċifiċi tal-ICT li jappoġġjaw funzjoni kritika jew importanti.

Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  Mhux sostitwibbli;

2.  Sostitwibbiltà kumplessa ħafna;

3.  Kumplessità medja f’termini ta’ sostitwibbiltà;

4.  Jista’ jiġi sostitwit faċilment.

Obbligatorju

B_07.01.0060

Raġuni meta l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jitqies bħala mhux sostitwibbli jew diffiċli biex jiġi sostitwit

Sett magħluq ta’ għażliet

Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  In-nuqqas ta’ alternattivi reali, anki parzjali, minħabba l-għadd limitat ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT attivi f’suq speċifiku, jew is-sehem mis-suq tal-fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT, jew il-kumplessità teknika jew is-sofistikazzjoni involuta, inkluż b’rabta ma’ kwalunkwe teknoloġija proprjetarja, jew il-karatteristiċi speċifiċi tal-organizzazzjoni jew l-attività tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

2.  Diffikultajiet fir-rigward ta’ migrazzjoni parzjali jew sħiħa tad-data u t-tagħbijiet tax-xogħol rilevanti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT rilevanti lejn fornitur terz ieħor ta’ servizzi tal-ICT jew billi jiġu integrati mill-ġdid fl-operazzjonijiet tal-entità finanzjarja, minħabba kostijiet finanzjarji sinifikanti, ħin jew riżorsi oħra li l-proċess ta’ migrazzjoni jista’ jinvolvi, jew riskju akbar tal-ICT jew riskji operazzjonali oħra li għalihom tista’ tkun esposta l-entità finanzjarja;

3.  Iż-żewġ raġunijiet imsemmija fil-punti 1 u 2.

Obbligatorju f’każ li tintgħażel “mhux sostitwibbli” jew “sostitwibbiltà kumplessa ħafna” f’B_07.01.0041

B_07.01.0070

Data tal-aħħar awditu tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Data

Uża din il-kolonna biex tipprovdi d-data tal-aħħar awditu dwar is-servizzi speċifiċi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.

Din il-kolonna hija relatata ma’ awditi mwettqa minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  id-dipartiment tal-awditjar intern jew kwalunkwe persunal kwalifikat addizzjonali ieħor tal-entità finanzjarja;

(b)  tim konġunt flimkien ma’ klijenti oħra tal-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT (“awditu miġbur”);

(c)  parti terza maħtura mill-entità taħt superviżjoni biex tawditja l-fornitur tas-servizzi.

Din il-kolonna ma tirrigwardax id-data tar-riċevuta jew ta’ referenza taċ-ċertifikazzjonijiet ta’ partijiet terzi jew tar-rapporti tal-awditjar intern tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, id-data ta’ monitoraġġ annwali tal-arranġament mill-entità finanzjarja jew id-data tar-rieżami tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-entità finanzjarja.

Din il-kolonna għandha tintuża biex tirrapporta t-tipi kollha ta’ awditi mwettqa minn kwalunkwe wieħed mis-suġġetti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) li jikkonċernaw bis-sħiħ jew parzjalment is-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.

Biex tiġi rrapportata d-data, għandu jintuża l-kodiċi ISO 8601 (ssss–xx–jj).

Fejn ma jkun sar l-ebda awditu, dan għandu jimtela b’ “9999–12–31”.

Obbligatorju

B_07.01.0080

Eżistenza ta’ pjan ta’ ħruġ

[Iva/Le]

Uża din il-kolonna biex tirrapporta l-eżistenza ta’ pjan ta’ ħruġ mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fir-rigward tas-servizz speċifiku tal-ICT ipprovdut.

Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  Iva;

2.  Le.

Obbligatorju

B_07.01.0090

Possibbiltà ta’ integrazzjoni mill-ġdid tas-servizz tal-ICT ikkuntrattat

Sett magħluq ta’ għażliet

Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  Faċli;

2.  Diffiċli;

3.  Kumplessi ħafna.

Uża din il-kolonna meta s-servizz tal-ICT jiġi pprovdut minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li mhuwiex fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT

Obbligatorju

B_07.01.0100

L-impatt tal-waqfien tas-servizzi tal-ICT

Sett magħluq ta’ għażliet

Uża din il-kolonna biex tipprovdi l-impatt għall-entità finanzjarja li twaqqaf is-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT skont il-valutazzjoni tal-entità finanzjarja.

Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:

1.  Baxxa

2.  Medju;

3.  Għoli;

4.  Il-valutazzjoni ma saritx.

Obbligatorju

B_07.01.0110

Ġew identifikati fornituri terzi alternattivi ta’ servizzi tal-ICT?

Sett magħluq ta’ għażliet

Għandha tintuża waħda mill-għażliet li ġejjin f'din il-lista magħluqa:
1.  Iva;
2.  Le; ►C1  
3.  Il-valutazzjoni ma saritx.  ◄
Għal kull fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġja funzjoni kritika jew importanti, għandha titwettaq il-valutazzjoni biex jiġi identifikat fornitur ta’ servizzi alternattiv.

Obbligatorju

B_07.01.0120

Identifikazzjoni ta’ TPP tal-ICT alternattiv

Alfanumeriku

Jekk tiġi rrapportata “Iva” f’B_07.01.0110, tista’ tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali f’din il-kolonna

Mhux obbligatorji

Struzzjonijiet biex jimtela l-mudell B_99.01 — Terminoloġija użata mill-entitajiet finanzjarji li jużaw is-servizzi tal-ICT

L-entitajiet finanzjarji għandhom jipprovdu l-ispjegazzjonijiet interni tal-entità, it-tifsiriet, u d-definizzjonijiet tas-sett magħluq ta’ indikaturi u opzjonijiet użati minnhom fir-reġistru tal-informazzjoni.



 

B_99.01.C0010

B_99.01.C0020

B_99.01.C0030

B_99.01.C0040

Kodiċi tal-Kolonna

Isem tal-Kolonna

Opzjoni

Deskrizzjoni/Definizzjoni interna tal-għażla

B_99.01.R0010

B_02.01.0020

Tip ta’ arranġament kuntrattwali

1.  Arranġament awtonomu

 

B_99.01.R0020

2.  Arranġament ġenerali

 

B_99.01.R0030

3.  Arranġament sussegwenti jew assoċjat

 

B_99.01.R0040

B_02.02.0170

Sensittività tad-data maħżuna mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

1.  Baxxa

 

B_99.01.R0050

2.  Medja

 

B_99.01.R0060

3.  Għolja

 

B_99.01.R0070

B_06.01.0110

Impatt tal-waqfien tal-funzjoni

1.  Baxxa

 

B_99.01.R0080

2.  Medja

 

B_99.01.R0090

3.  Għolja

 

B_99.01.R0100

B_07.01.0050

Sostitwibbiltà tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

1.  Mhux sostitwibbli

 

B_99.01.R0110

2.  Sostitwibbiltà kumplessa ħafna

 

B_99.01.R0120

3.  Kumplessità medja f’termini ta’ sostitwibbiltà

 

B_99.01.R0130

4.  Jista’ jiġi sostitwit faċilment

 

B_99.01.R0140

B_07.01.0090

Possibbiltà ta’ integrazzjoni mill-ġdid tas-servizz tal-ICT ikkuntrattat

1.  Faċli

 

B_99.01.R0150

2.  Diffiċli

 

B_99.01.R0160

3.  Kumplessi ħafna

 

B_99.01.R0170

B_07.01.0100

L-impatt tal-waqfien tas-servizzi tal-ICT

1.  Baxxa

 

B_99.01.R0180

2.  Medja

 

B_99.01.R0190

3.  Għolja

 

ANNESS II Lista ta’ attivitajiet skont it-tip ta’ entità




ANNESS II

Lista ta’ attivitajiet skont it-tip ta’ entità



Tip ta’ entità

Lista ta’ attivitajiet u servizzi

(a)  istituzzjonijiet ta’ kreditu

Attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE u attivitajiet elenkati fit-Taqsima A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE

(b)  istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366

Attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2015/2366

(c)  fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

Servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmija fil-punt (8) tal-Anness I għad-Direttiva (UE) 2015/2366

(d)  istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inklużi istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE

Ħruġ ta’ flus elettroniċi skont id-Direttiva 2009/110/KE u l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2015/2366

(e)  ditti tal-investiment

Servizzi u attivitajiet ta’ investiment elenkati fit-Taqsima A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE

(f)  fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2023/1114

Servizzi u attivitajiet elenkati fl-Artikolu 3, il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114

(g)  emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2023/1114

Attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114

(h)  depożitorji ċentrali tat-titoli

Attivitajiet elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

(i)  kontropartijiet ċentrali

Attività ta’ kontropartijiet ċentrali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

(j)  iċ-ċentri ta’ negozjar

Attività ta' ċentri ta' negozjar kif definiti fl-Artikolu 4(21-24), tad-Direttiva 2014/65/UE

(k)  repożitorju tat-tranżazzjonijiet

Attivitajiet tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

(l)  maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi

Attivitajiet elenkati fl-Artikolu 6(4) u fl-Anness I għad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

(m)  kumpaniji maniġerjali

Attivitajiet elenkati fl-Artikolu 6(3) u fl-Anness I għad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)

(n)  fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data

Is-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (34), (35) u (36), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)

(o)  impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

Attivitajiet awtorizzati għal (i) il-klassijiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja kif imsemmija fit-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6): (ii) il-klassijiet ta’ assigurazzjoni tal-ħajja kif imsemmija fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva: (iii) attivitajiet tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja u (iv) attivitajiet tar-riassigurazzjoni tal-ħajja kif imsemmi fl-Artikolu 15(5) ta’ dik id-Direttiva.

(p)  intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari

Attivitajiet tad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punti (1) u (2), tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)

(q)  istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali

Attivitajiet ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)

(r)  aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu

Attivitajiet tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)

(s)  amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika

Il-forniment ta’ parametri referenzjarji minn amministraturi kif definiti fl-Artikolu 3(1) (5) u 3 (1) (6) tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jirreferu għal parametri referenzjarji ta’ importanza kritika definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (25), ta’ dak ir-Regolament.

(t)  fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

Forniment ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10)

(u)  repożitorji tat-titolizzazzjoni

Attività tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u l-Artikolu 1 (4–5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1230 (12)

Entità mhux finanzjarja: Fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT

Mhux applikabbli

Entità mhux finanzjarja: Entità intragrupp oħra

Mhux applikabbli

Entità mhux finanzjarja: Fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Mhux applikabbli

(1)   

Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/909/oj).

(2)   

Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2365/oj).

(3)   

Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2011/61/oj?locale=mt).

(4)   

Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/65/oj).

(5)   

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj).

(6)   

Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/138/oj).

(7)   

Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/97/oj).

(8)   

Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/2341/oj?locale=mt).

(9)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1060/oj?locale=mt).

(10)   

Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1503/oj).

(11)   

Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2402/oj).

(12)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1230 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni u d-dettalji tal-applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 289, 03.09.2020, p. 345.) ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1230/oj).

ANNESS III Tip ta’ servizzi tal-ICT




ANNESS III

Tip ta’ servizzi tal-ICT

Meta ssir referenza għal tip ta’ servizzi tal-ICT fil-mudelli tar-reġistru tal-informazzjoni, għandu jiġi rrapportat biss l-identifikatur (minn S01 sa S19) tat-tip rilevanti ta’ servizzi tal-ICT.



Identifikatur

Tip ta’ servizzi tal-ICT

Deskrizzjoni

S01

1.  l-amministrazzjoni tal-proġett tal-ICT

Il-forniment ta’ servizzi relatati mal-Uffiċjal tal-Ġestjoni tal-Proġetti (PMO).

S02

2.  Żvilupp tal-ICT

Forniment ta’ servizzi relatati ma’: analiżi tan-negozju, disinn u żvilupp tas-software, ittestjar.

S03

3.  Helpdesk tal-ICT u appoġġ tal-ewwel livell

Forniment ta’ servizzi relatati ma’: appoġġ tal-helpdesk u appoġġ tal-ewwel livell dwar inċident tal-ICT

S04

4.  Servizzi ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-ICT

Forniment ta’ servizzi relatati ma’: Is-sigurtà tal-ICT (protezzjoni, detezzjoni, rispons u rkupru), inkluż it-trattament tal-inċidenti tas-sigurtà u l-forensika.

S05

5.  L-għoti tad-data

Abbonament għas-servizzi tal-fornituri tad-data. (servizz ta’ data diġitali)

S06

6.  Analiżi tad-data

Il-forniment ta’ servizzi relatati mal-appoġġ għall-analiżi tad-data. (servizz ta’ data diġitali)

S07

7.  ICT, faċilitajiet u servizzi ta’ hosting (esklużi s-servizzi tal-Cloud)

Il-forniment ta’ infrastruttura tal-ICT, il-faċilitajiet u s-servizzi ta’ hosting, inkluż il-forniment ta’ utilitajiet (enerġija, ġestjoni tas-sħana, eċċ.), l-aċċess għat-telekomunikazzjoni u s-sigurtà fiżika (esklużi s-servizzi tal-cloud), attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti, jew it-tħaddim ta’ infrastrutturi ta’ pagament

S08

8.  Komputazzjoni

Il-forniment ta’ kapaċitajiet ta’ pproċessar diġitali (inkluża l-komputazzjoni tad-data), esklużi s-servizzi ta’ komputazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ ambjent tal-cloud.

S09

9.  Ħżin ta’ data mhux tal-cloud

Il-forniment ta’ pjattaforma għall-ħżin tad-data (esklużi s-servizzi tal-cloud).

S10

10.  Trasportatur tat-telekomunikazzjoni

Operazzjonijiet għal sistemi ta’ telekomunikazzjoni u ġestjoni tal-fluss. Is-servizzi tat-telefown analogu tradizzjonali huma esklużi b’mod espliċitu skont l-Artikolu 3, il-punt (21), tar-Regolament (UE) 2022/2554

S11

11.  Infrastruttura tan-network

Forniment ta’ infrastruttura tan-network

S12

12.  Hardware u apparat fiżiku

Forniment ta’ stazzjonijiet tax-xogħol, telefowns, servers, apparat għall-ħażna tad-data, apparat, eċċ. f’forma ta’ servizz

S13

13.  Liċenzjar ta’ software (minbarra SaaS)

Il-forniment ta’ software mħaddem fil-bini.

S14

14.  Ġestjoni tal-operat tal-ICT (inkluża l-manutenzjoni)

Forniment ta’ servizzi relatati ma’: il-konfigurazzjoni tal-infrastruttura (sistemi u hardware minbarra n-network), il-manutenzjoni, l-installazzjoni, il-ġestjoni tal-kapaċità, il-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju, eċċ.

Inklużi l-Fornituri ta’ Servizzi Ġestiti (MSP)

S15

15.  Konsultazzjoni dwar l-ICT

Il-forniment ta’ servizzi ta’ għarfien espert intellettwali/ICT.

S16

16.  Ġestjoni tar-Riskju tal-ICT

Verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2022/2554

S17

17.  Servizzi ta’ cloud: IaaS

Infrastruttura bħala Servizz

S18

18.  Servizzi ta’ cloud: PaaS

Pjattaforma bħala Servizz

S19

19.  Servizzi ta’ cloud: SaaS

Software bħala servizz

ANNESS IV Struzzjoni għar- rapportar tal- “valur tal-assi totali”




ANNESS IV

Struzzjoni għar- rapportar tal- “valur tal-assi totali”



Tip ta’ entità

Struzzjoni biex jiġi rrapportat il-valur tal-assi totali fil-kolonna B_01.02.0110

(a)  istituzzjonijiet ta’ kreditu

Informazzjoni kif speċifikata fil-Mudell C40.00, ir-Ringiela 0410, il-Kolonna 0010 tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (1)

(b)  istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(c)  fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(d)  istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inklużi istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(e)  ditti tal-investiment

Informazzjoni kif speċifikata fil-mudell Z01.00, il-kolonna 0090 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 (2)

(f)  fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2023/1114

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(g)  emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2023/1114

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(h)  depożitorji ċentrali tat-titoli

Valur tal-assi totali fir-rapporti finanzjarji awditjati rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 41, il-punt (a), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/392 (3)

(i)  kontropartijiet ċentrali

Informazzjoni kif irrapportata fi “Standards pubbliċi ta’ divulgazzjoni kwantitattiva għal kontropartijiet ċentrali” tal-BIS/IOSCO, entrata 15.2

(j)  ċentri tan-negozjar

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(k)  repożitorji tat-tranżazzjonijiet

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(l)  maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(m)  kumpaniji maniġerjali

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(n)  fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(o)  impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

Informazzjoni kif speċifikata fl-Anness II u fil-Mudell S02.01, ir-Ringiela 0500, il-Kolonna 0010, tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/894 (4)

(p)  intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(q)  istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali

L-assi totali jridu jkunu daqs is-somma tal-entrati kollha identifikati separatament fuq in-naħa tal-assi tal-karta tal-bilanċ u jridu jkunu ugwali wkoll għall-obbligazzjonijiet totali

(r)  aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(s)  amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(t)  fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

(u)  repożitorji tat-titolizzazzjoni

Valur tal-assi totali fil-kontijiet statutorji

Entità mhux finanzjarja: Fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT

Mhux applikabbli

Entità mhux finanzjarja: Entità intragrupp oħra

Mhux applikabbli

Entità mhux finanzjarja: Fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT

Mhux applikabbli

(1)   

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/451/oj).

(2)   

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 tat-23 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta’ proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 (ĠU L 277, 7.11.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1624/oj?locale=mt).

(3)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/392 tal-11 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni, superviżorji u operazzjonali għal depożitarji ċentrali tat-titoli (ĠU L 65, 10.3.2017, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/392/oj?locale=mt).

(4)   

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/894 tal-4 ta’ April 2023 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom ta’ informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tagħhom u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2450(ĠU L 120, 5.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/894/oj).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit