+Artikolu 3 Rekwiżiti ġenerali għall-mudelli tar-reġistru tal-informazzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.

Artikolu 3 Rekwiżiti ġenerali għall-mudelli tar-reġistru tal-informazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness I sa IV biex iżommu u jaġġornaw ir-reġistru tal-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554, fil-livell tal-entità, jew fil-livell subkonsolidat u konsolidat.
Artikolu 3 2.

L-entitajiet finanjarji għandhom jiżguraw li l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi dan li ġej:

(a) 

l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tas-servizzi kollha tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi diretti tal-ICT;

(b) 

informazzjoni dwar is-sottokuntratturi kollha li effettivament jirfdu s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom.

Artikolu 3 3.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fil-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 tkun preċiża u konsistenti. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw l-informazzjoni li tinsab fil-mudelli regolarment u għandhom jikkoreġu minnufih kwalunkwe żball jew diskrepanza misjuba.

Fil-każ ta’ gruppi, l-entitajiet finanzjarji responsabbli għaż-żamma u l-aġġornament tar-reġistru tal-informazzjoni fil-livell subkonsolidat u konsolidat għandhom jiżguraw li l-informazzjoni fir-rigward tal-livell tal-entità fil-konsolidazzjoni tkun korretta u konsistenti mal-informazzjoni fil-livell subkonsolidat u konsolidat.

Artikolu 3 4.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fil-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 taderixxi mal-prinċipji tal-kwalità tad-data li ġejjin:

(a) 

preċiżjoni;

(b) 

kompletezza;

(c) 

konsistenza;

(d) 

integrità;

(e) 

uniformità;

(f) 

validità.

Artikolu 3 5.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI, legal entity identifier) validu u attiv jew l-Identifikatur Uniku Ewropew imsemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 (“EUID”, European Unique Identifier) biex jidentifikaw il-fornituri terzi kollha tagħhom ta’ servizzi tal-ICT li huma persuni ġuridiċi, ħlief għal individwi li jaġixxu f’kapaċità kummerċjali.
Artikolu 3 6.
Meta servizz tal-ICT ipprovdut minn fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT ikun qed jappoġġja funzjoni kritika jew importanti tal-entitajiet finanzjarji, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw, permezz tal-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT, li s-sottokuntratturi kollha tal-fornitur terz dirett ta’ servizzi tal-ICT inklużi fir-reġistru tal-informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), li effettivament jirfdu/jappoġġjaw servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, jużaw LEI validu u attiv jew jipprovdu l-EUID tagħhom, ħlief jekk dawk is-sottokuntratturi jkunu individwi li jaġixxu f’kapaċità kummerċjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta