+Artikolu 5 1.

Artikolu 5 1.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu fir-reġistru tal-informazzjoni, f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

informazzjoni ġenerali dwar l-entità finanzjarja li żżomm u taġġorna r-reġistru tal-informazzjoni fil-livell tal-entità, subkonsolidat u konsolidat, rispettivament, kif speċifikat fil-formola B_01.01 tal-Anness I;

(b) 

informazzjoni ġenerali fuq l-entitajiet fil-konsilidazzjoni kif speċifikat fil-mudell B_01.02 tal-Anness I;

(c) 

identifikazzjoni tal-fergħat tal-entitajiet finanzjarji li jinsabu barra mill-pajjiż ta’ oriġini elenkati fil-mudell B_01.02, fejn applikabbli, kif speċifikat fil-mudell B_01.03 tal-Anness I;

(d) 

informazzjoni ġenerali dwar l-arranġamenti kuntrattwali kif speċifikat fil-mudell B_02/01 tal-Anness I;

(e) 

informazzjoni speċifika dwar l-arranġamenti kuntrattwali kif speċifikat fil-mudell B_02.02 tal-Anness I;

(f) 

informazzjoni dwar ir-rabtiet bejn l-arranġamenti kuntrattwali intragrupp u l-arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li mhumiex parti mill-grupp bl-użu tan-numri ta’ referenza kuntrattwali meta parti mill-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT tkun intragrupp kif speċifikat fil-mudell B_02.03 tal-Anness I;

(g) 

informazzjoni dwar l-entitajiet li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri terzi diretti ta’ servizzi tal-ICT biex jirċievu servizzi tal-ICT jew f’isem l-entitajiet li jużaw is-servizzi tal-ICT kif speċifikat fil-mudell B_03.01 tal-Anness I;

(h) 

l-identifikazzjoni tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali għall-forniment ta’ servizzi tal-ICT kif speċifikat fil-mudell B_03.02 tal-Anness I;

(i) 

l-identifikazzjoni tal-entitajiet li jiffirmaw l-arranġamenti kuntrattwali għall-forniment ta’ servizzi tal-ICT lil entitajiet oħra fil-konsolidazzjoni kif speċifikat fil-mudell B_03.03 tal-Anness I;

(j) 

informazzjoni dwar l-entitajiet li jagħmlu użu mis-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT kif speċifikat fil-mudell B_04.01 tal-Anness I;

(k) 

informazzjoni dwar il-fornituri terzi diretti ta’ servizzi tal-ICT u s-sottokuntratturi, kif speċifikat fil-mudell B_05.01 tal-Anness I;

(l) 

informazzjoni dwar il-katina tal-provvista tas-servizzi tal-ICT, kif speċifikat fil-mudell B_05.02 tal-Anness I;

(m) 

informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-funzjonijiet kif speċifikat fil-mudell B_06.01 tal-Anness I;

(n) 

informazzjoni dwar il-valutazzjoni tas-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjoni kritika jew importanti jew partijiet materjali tagħhom kif speċifikat fil-mudell B_07.01 tal-Anness I;

(o) 

informazzjoni dwar it-terminoloġija użata mill-entitajiet finanzjarji u t-termini inklużi fil-listi magħluqa u s-sistemi ta’ klassifikazzjoni użati meta jimtlew il-mudelli kif speċifikat fil-mudell B_99.01 tal-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit