Artikolu 28 5.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni, u għall-iskambju ta’ informazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u l-ospitanti f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika l-metodu, il-mezzi u d-dettalji ta’ kooperazzjoni fin-notifika ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament li joperaw fuq bażi transkonfinali u partikolarment l-ambitu u t-trattament ta’ informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluża terminoloġija komuni u mudelli standard għan-notifika biex jiġi żgurat proċess ta’ notifika konsistenti u effiċjenti. L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2018. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|