+Artikolu 45 Informazzjoni u kundizzjonijiet
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
|
Artikolu 45 Informazzjoni u kundizzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu pprovduti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, jew isiru disponibbli għalih, mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament:
(a)
speċifikazzjoni tal-informazzjoni jew tal-identifikatur uniku tingħata mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament sabiex ordni ta’ pagament tinbeda jew titwettaq b’mod xieraq;
(b)
iż-żmien massimu għall-esekuzzjoni ta’ servizz ta’ pagament li għandu jingħata;
(c)
l-imposti kollha li għandhom jitħallsu mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u, meta applikabbli, analiżi dettaljata ta’ dawk l-imposti;
(d)
meta applikabbli, ir-rata tal-kambju attwali jew ta’ referenza li għandha tiġi applikata fit-tranżazzjoni ta’ pagament.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, qabel il-bidu, jipprovdu lill-pagatur bi, jew jagħmlu disponibbli lill-pagatur, l-informazzjoni ċara u komprensiva li ġejja:
(a)
l-isem tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament; l-indirizz ġeografiku tal-uffiċċju prinċipali tiegħu;meta applikabbli, l-indirizz ġeografiku tal-aġent jew tal-fergħa tiegħu stabbilita fl-Istat Membru fejn is-servizz ta’ pagament jiġi offrut; u kwalunkwe dettalji oħra ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, rilevanti għall-komunikazzjoni mal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament; u
(b)
u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 45 3.
|
Fejn applikabbli, kwalunkwe informazzjoni rilevanti u kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52 għandha ssir disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’mod li jkun aċċessibbli faċilment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|