|
+Artikolu 46 Informazzjoni għall-pagatur u għall-benefiċjarju wara l-bidu ta’ ordni ta’ pagament |
Artikolu 46 Informazzjoni għall-pagatur u għall-benefiċjarju wara l-bidu ta’ ordni ta’ pagamentArtikolu 46 Informazzjoni għall-pagatur u għall-benefiċjarju wara l-bidu ta’ ordni ta’ pagament Minbarra l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45, meta ordni ta’ pagament tinbeda permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu, immedjatament wara l-bidu, jipprovdi d-data kollha li ġejja lill-pagatur u, fejn applikabbli, lill-benefiċjarju, jew jagħmel disponibbli għalihom:
(a)
konferma tal-bidu b’suċċess tal-ordni ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur;
(b)
referenza li tippermetti lill-pagatur u lill-benefiċjarju jidentifikaw it-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn xieraq, lill-benefiċjarju jidentifika l-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;
(c)
l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament;
(d)
meta applikabbli, l-ammont ta’ kwalunkwe imposta pagabbli lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għat-tranżazzjoni, u meta applikabbli analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|