|
+Artikolu 66 3. |
Artikolu 66 3.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu:
(a)
fl-ebda ħin ma jżomm il-fondi tal-pagatur b’rabta mal-għoti ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament;
(b)
jiżgura li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunux, bl-eċċezzjoni tal-utent u min joħroġ il-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, aċċessibbli għal partijiet oħrajn u li jintbagħtu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament b’mezzi sikuri u effiċjenti;
(c)
jiżgura li kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-utent ta’ servizzi ta’ pagament, miksuba waqt l-għoti ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, tingħata biss lill-benefiċjarju u biss bil-kunsens espliċitu tal-utent tas-servizz ta’ pagament;
(d)
kull darba li jinbeda pagament, jidentifika lilu nnifsu mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur u jikkomunika mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, mal-pagatur u mal-benefiċjarju b’mod sikur, skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);
(e)
ma jaħżinx data sensittiva dwar il-pagament tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;
(f)
ma jitlob l-ebda data mingħand l-utent ta’ servizz ta’ pagament ħlief dik meħtieġa biex jingħata s-servizz ta’ bidu ta’ pagament;
(g)
ma juża, jaċċedi jew jaħżen l-ebda data għal finijiet oħra għajr għall-għoti tas-servizz ta’ bidu ta’ pagament kif mitlub b’mod espliċitu mill-pagatur;
(h)
ma jimmodifikax l-ammont, il-benefiċjarju jew xi karatteristika oħra tat-tranżazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|