|
+Artikolu 67 2. |
Artikolu 67 2.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għandu:
(a)
jipprovdi servizzi unikament meta jkunu bbażati fuq il-kunsens espliċitu tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;
(b)
jiżgura li l-kredenzjali ta’ sigurtà personalizzati tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunux, bl-eċċezzjoni tal-utent u min joħroġ il-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, aċċessibbli għal partijiet oħrajn u li meta jintbagħtu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, dan isir b’mezzi sikuri u effiċjenti;
(c)
għal kull sessjoni ta’ komunikazzjoni, jidentifika lilu nnifsu mal-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi(u) l-kont tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament u jikkomunika b’mod sikur mal-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi(u) l-kont u mal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);
(d)
jaċċedi biss l-informazzjoni mill-kontijiet ta’ pagament imsemmija u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament assoċjati;
(e)
ma jitlobx data sensittiva dwar il-pagament marbuta mal-kontijiet ta’ pagament;
(f)
ma juża, jaċċedi jew jaħżen ebda data għal finijiet oħra għajr biex iwettaq is-servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet mitlub b’mod espliċitu mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|