+Artikolu 76 Rimborż għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
|
Artikolu 76 Rimborż għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 76 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagatur ikun intitolat għal rimborż mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ta’ tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata li kienet mibdija mill-benefiċjarju u li permezz tiegħu tkun diġà ġiet esegwita, jekk ikunu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-awtorizzazzjoni ma speċifikatx l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament meta saret l-awtorizzazzjoni;
(b)
l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament jeċċedi l-ammont li l-pagatur seta’ raġonevolment jistenna b’kont meħud tal-mudell ta’ nfiq preċedenti, il-kundizzjonijiet fil-kuntratt qafas u ċ-ċirkostanzi rilevanti tal-każ.
Fuq it-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-pagatur għandu jġorr il-piż biex jagħti prova li tali kundizzjonijiet huma sodisfatti. Ir-rimborż għandu jikkonsisti fl-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament esegwita. Id-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha kien ġie debitat l-ammont. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra d-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għal debiti diretti kif imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-pagatur ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rimborż fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 77 ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 76 2.
|
Madankollu, għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-pagatur ma għandux jistrieħ fuq raġunijiet tal-kambju ta’ valuta jekk tkun ġiet applikata r-rata tal-kambju ta’ referenza miftehma mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu skont il-punt (d) tal-Artikolu 45(1) u l-punt (3)(b) tal-Artikolu 52.
|
|
Artikolu 76 3.
|
Fil-kuntratt qafas bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jiġi maqbul li l-pagatur ma għandu l-ebda dritt għal rimborż fil-każ meta:
(a)
il-pagatur ikun ta l-kunsens tiegħu għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament direttament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament; u
(b)
meta applikabbli, l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni ta’ pagament futura kienet ipprovduta lill-pagatur jew saret disponibbli għalih b’mod maqbul tal-inqas erba’ ġimgħat qabel id-data ta’ skadenza mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew mill-benefiċjarju.
|
|
Artikolu 76 4.
|
Għal debiti diretti f’valuti għajr l-euro, l-Istati Membri jistgħu jesiġu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom joffru drittijiet ta’ rimborż aktar favorevoli f’konformità mal-iskemi ta’ debitu dirett tagħhom dment li jkunu aktar vantaġġjużi għall-pagatur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|