+TITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 107 Armonizzazzjoni sħiħa
------+Artikolu 107 1.
------+Artikolu 107 2.
------+Artikolu 107 3.
---+Artikolu 108 Klawżola ta’ reviżjoni
---+Artikolu 109 Dispożizzjoni transitorja
------+Artikolu 109 1.
------+Artikolu 109 2.
------+Artikolu 109 3.
------+Artikolu 109 4.
------+Artikolu 109 5.
---+Artikolu 110 Emendi għad-Direttiva 2002/65/KE
---+Artikolu 111 Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE
---+Artikolu 112 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
---+Artikolu 113 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
---+Artikolu 114 Tħassir
---+Artikolu 115 Traspożizzjoni
------+Artikolu 115 1.
------+Artikolu 115 2.
------+Artikolu 115 3.
------+Artikolu 115 4.
------+Artikolu 115 5.
------+Artikolu 115 6.
---+Artikolu 116 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 117 Destinatarji
|
TITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
TITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 107 Armonizzazzjoni sħiħa
|
-
|
|
Artikolu 108 Klawżola ta’ reviżjoni
|
Artikolu 108
Il-Kummissjoni għandha, sat-13 ta’ Jannar 2021, tippreżenta lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-BĊE u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari dwar:
(a)
l-adegwatezza u l-impatt tar-regoli dwar l-imposti kif stabbilit fl-Artikolu 62(3), (4) u (5);
(b)
l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(3) u (4),inkluża valutazzjoni ta’ jekk it-Titolu III u IV jistgħux, fejn ikun teknikament fattibbli, jiġu applikati b’mod sħiħ għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imsemmijin f’dawk il-paragrafi;
(c)
l-aċċess għas-sistemi ta’ pagament, partikolarment f’rabta mal-livell ta’ kompetizzjoni;
(d)
l-adegwatezza u l-impatt tal-limiti massimi għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imsemmijin fil-punt (l) tal-Artikolu 3;
(e)
l-adegwatezza u l-impatt tal-limiti massimi għall-eżenzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1);
(f)
jekk, meta wieħed iqis l-iżviluppi, ikun aħjar, biex jiġu kkumplementati d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 75 dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament fejn l-ammont ma jkunx magħruf minn qabel u l-fondi jkunu mblukkati, li jiġu introdotti limiti massimi għall-ammonti li għandhom jiġu mblukkati għall-pagament tal-pagatur f’sitwazzjonijiet bħal dawn.
Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva flimkien mar-rapport tagħha.
|
|
Artikolu 109 Dispożizzjoni transitorja
|
-
|
|
Artikolu 110 Emendi għad-Direttiva 2002/65/KE
|
Artikolu 110
Emendi għad-Direttiva 2002/65/KE
Fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/65/KE, il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“5.
Meta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*1
) tkun applikabbli wkoll, id-dispożizzjonijiet tal-informazzjoni skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-punti (2)(c) sa (g), (3)(a), (d) u (e) u 4(b), għandhom jiġu sostitwiti bl-Artikoli 44, 45, 51 u 52 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.
|
|
Artikolu 111 Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE
|
Artikolu 111
Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE
Id-Direttiva 2009/110/KE hija emendata kif ġej:
(1)
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“1.
Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, l-Artikolu 5, l-Artikoli 11 sa 17, l-Artikolu 19(5) u (6) u l-Artikoli 20 sa 31 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*2
), inlużi l-atti delegati adottati taħt l-Artikolu 15(4), l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mutatis mutandis.
(b)
il-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“4.
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jqassmu u jifdu flus elettroniċi permezz ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f’isimhom. Jekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tqassam flus elettroniċi fi Stat Membru ieħor billi tqabbad lil tali persuna fiżika jew ġuridika, l-Artikoli 27 sa 31, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 29(4) u (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, inklużi l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw mutatis mutandis għal tali istituzzjoni ta’ flus elettroniċi.
5.
Minkejja l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma għandhomx joħorġu flus elettroniċi permezz ta’ aġenti. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jitħallew jipprovdu s-servizzi ta’ pagament imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva permezz ta’ aġenti, soġġetti għal kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.”;
(2)
fl-Artikolu 18, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
“4.
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li, jkunu bdew iwettqu attivitajiet skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2007/64/KE fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom qabel it-13 ta’ Jannar 2018, biex ikomplu b’dawk l-attivitajiet f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra stipulati jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2018.
L-Istati Membri għandhom jesiġu li istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutaw, sat-13 ta’ Lulju 2018, jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ jittieħdu sabiex tkun żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa.
Istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II sat-13 ta’ Lulju 2018, dawn għandhom ikunu projbiti milli joħorġu flus elettroniċi.”.
|
|
Artikolu 112 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
|
Artikolu 112
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 hija emendata kif ġej:
(1)
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2.
L-Awtorità għandha taġixxi fi ħdan is-setgħat mogħtija minn dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2009/110/KE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*4
), id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*5
), ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*6
), id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*7
) u sal-punt li dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fi ħdan il-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE u tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
), inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (
13
).
(2)
L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“(1)
‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ditti ta’ investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, konglomerati finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2002/87/KE, fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fil-punt (11) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, ħlief li, fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2015/849, istituzzjonijiet finanzjarji tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849;”.
|
|
Artikolu 113 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
|
Artikolu 113
Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
Fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, il-punt 4 hu sostitwit b’li ġej:
“(4)
Servizzi tal-pagament kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*8
).
|
|
Artikolu 114 Tħassir
|
Artikolu 114
Id-Direttiva 2007/64/KE hija mħassra b’effett mit-13 ta’ Jannar 2018.
Kwalunkwe referenza għad-Direttiva mħassra għandha tinftiehem bħala referenza għal din id-Direttiva u għandha tinqara skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II għal din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 115 Traspożizzjoni
|
-
|
|
Artikolu 116 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 116
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 117 Destinatarji
|
Artikolu 117
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|