+Artikolu 115 Traspożizzjoni
---+Artikolu 115 1.
---+Artikolu 115 2.
---+Artikolu 115 3.
---+Artikolu 115 4.
---+Artikolu 115 5.
---+Artikolu 115 6.

Artikolu 115 Traspożizzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 115 1.
Sat-13 ta’ Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, miżuri neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 115 2.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta’ Jannar 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 115 3.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva.
Artikolu 115 4.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà msemmijin fl-Artikoli 65, 66, 67 u 97 minn 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikolu 98.
Artikolu 115 5.
L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu persuni ġuridiċi li jkunu wettqu fit-territorju tagħhom, qabel it-12 ta’ Jannar 2016, attivitajiet ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, milli jkomplu jwettqu l-istess attivitajiet fit-territorji tagħhom matul il-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafi 2 u 4 f’konformità mal-qafas regolatorju applikabbli bħalissa.
Artikolu 115 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sakemm il-fornituri individwali ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont ikunu konformi mal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 4, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont ma jabbużawx min-nuqqas ta’ konformità tagħhom biex jimblokkaw jew ifixklu l-użu ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għall-kontijiet li jkunu qed jiġġestixxu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit