+Artikolu 2 Setgħat superviżorji
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.

Artikolu 2 Setgħat superviżorji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2 2.
Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2 3.
Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw.
Artikolu 2 4.
Għall-finijiet li tiġi żgurata l-konformità fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni stabbilit bl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), u l-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 ( 3 ) għandhom jiżguraw l-iskambju regolari u affidabbli ta' informazzjoni rilevanti.
Artikolu 2 5.
Meta japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) u 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) fir-rigward tad-ditti tal-investiment msemmija f'dawk il-paragrafi, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) għandhom jittrattaw lil dawk id-ditti tal-investiment daqs li kieku kienu ''istituzzjonijiet'' skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit